- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Stqarrija mħarrġa mill-MFA

Posted By Sportinmalta On May 12, 2016 @ 10:23 pm In Featured,Football | No Comments

Il-Malta Football Association tavża li ħadet konjizzjoni tal-artiklu li deher fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal ‘Times of Malta’, għar-rigward ta’ persuni, tesserati tal-Assoċjazzjoni, li allegatament se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin. Dan dwar każijiet ta’ korruzzjoni relatati mal-partiti tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena ta’ Marzu li għadda kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka.

L-MFA tinnota li s’issa, l-Assoċjazzjoni ma rċiviet l-ebda konferma mingħand il-Pulizija ta’ Malta dwar jekk il-persuni li se jitressqu humiex il-persuni msemmija fil-mezzi tax-xandir lokali.

Għaldaqstant, sal-lum, l-MFA ma tista’ tieħu l-ebda azzjoni dixxiplinari kontra dawn it-tesserati tagħha. Madankollu, l-MFA tavża li waqt laqgħa li saret illum, il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA ta l-awtorizzazzjoni lill-President tal-MFA, biex jekk kemm-il darba u meta tingħata informazzjoni jew dokumentazzjoni uffiċjali li tesserati tagħha se jitressqu l-Qorti fuq dan il-każ, l-MFA tissospendi temporanjament lil dawn it-tesserati minn kull attivita’ ta’ futbol minnufih.

Il-Malta Football Association tisħaq li bi ftehim mal-UEFA u mal-awtoritajiet lokali, il-proċess tal-Ġustizzja Sportiva jinfetaħ mal-konklużjoni tal-proċess ġudizzjarju.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/stqarrija-mharrga-mill-mfa/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.