Stqarrija dwar id-deċiżjoni tal-Appeals Body tal-UEFA tat-30 ta’ Novembru 2012

Tuesday, December 4, 2012, 8:41

Il-Malta Football Association tavża lill-pubbliku li  nhar it-Tnejn 3 ta’ Dicembru 2012, irċiviet mingħand il-UEFA, id-deċiżjoni tal-‘UEFA Appeals Body’, datata 30 ta’ Novembru 2012, bil-firma taċ-chairman tal-‘Appeals Body’, Pedro Tomas, dwar l-Appelli li saru mill-Ispettur tad-Dixxipplina tal-UEFA u l-plejer Kevin Sammut kontra d-deċiżjoni tal-‘Control and Disciplinary Body’ tal-UEFA tas-17 ta’ Awwissu 2012, għar-rigward tal-partita Norveġja vs Malta li ntlagħbet f’Ġunju 2007.

 

Il-UEFA ħabbret uffiċjalment li filwaqt li ma laqgħetx l-appell ta’ Kevin Sammut, hi laqgħet parzjalment l-appell tal-Ispettur tad-Dixxiplina tal-UEFA, u filwaqt li kkonfermat id-deċiżjoni tal-‘Control and Disciplinary Body’ tal-UEFA fir-rigward tal-plejers Kenneth Scicluna u Stephen Wellman, emendat l-istess deċiżjoni billi biddlet is-sospensjoni tal-plejer Kevin Sammut, minn kull attivita’ tal-futbol, minn waħda ta’ 10 snin, għal waħda ta’ għomor u kkonfermat li t-tali sospensjoni għandha jkollha effett mad-dinja kollha.

 

Il-UEFA iddikjarat li d-deċiżjoni hi finali ai termini tal-Artiklu 66 tar-Regolamenti tad-Dixxiplina tal-UEFA tal-2012.

 

 

 

 





1 Comment

  1. Carlos Theuma says:

    La zdidet il-piena sinjal li kien involut bl-gheruq u x-xniexel. Issa jekk kienx wahdu jew le ma taghmilx differenza. Jekk tradixxa lil Malta haqqu. 

    [Reply]

Leave a comment