Stevie Camilleri jkompli jimpressjona ma’ RN Bogliasco

Tuesday, November 8, 2011, 15:44

minn Cristian Muscat

Stevie Camilleri li ftit tal-jiem ilu ġie vvuttat bhala l-BOV Plejer tas-sena għall-istaġun li għadda kompla jhalli impressjoni ferm tajba meta għal staġun iehor qed jilgħab  fl-ogħla diviżjoni tal-kampjonati tal-waterpolo f’Malta.

Meta qed jilgħab għar-raba’ sena konsekuttiva ma’ RN Bogliasco, it-tim mis-Serie A1 li bhalissa jinsab fis-seba’ post fil-kampjonat kompost minn 12 -il tim, l-istilla ta’ Neptunes jinsab għal darb’ohra fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers wara s-seba’ ġurnata tal-kampjonat Taljan.

Iktar rimarkabbli huwa l-fatt li permezz tat-tliet gowls li skorja Camilleri fir-rebha ta’ 14-9 ghal Bogliasco kontra Civitavecchia nhar is-Sibt li għadda wara li kien skorja xejn inqas minn ħames gowls matul il-ġurnata tat-Tlieta kontra Brescia fit-telfa ta’ 17-10 li kien sofra t-tim tiegħu, huwa tela’  jaqsam it-tieni post mal-plejer Valentino Gallo ta’ CN Posillipo fil-lista tal-aqwa skorers tal-kampjonat b’20 gowl. Huwa jinsab żewġ gowls biss wara l-aqwa skorer tal-kampjonat Valerio Rizzo ta’ RN Savona.

Ta’ nota wkoll huwa l-fatt li huwa skorja medja ta’ 3.33 gowls minn sitt logħbiet għat-tim tiegħu minn Genoa wara li ma kienx inkluż fl-ewwel logħba ta’ Bogliasco minħabba mpenji internazzjonali. Dawn il-figuri jpoġġu lill-plejer Malti ta’ 24 sena fil-quċċata tar-’rankings’.

F’dawn l-aħħar tliet staġuni Camilleri għal darbtejn kien l-aqwa skorer għal Boglaisco. Bhalissa huwa għandu vantaġġ fuq il-plejers sħabu Arnaldo Deserti li huwa plejer internazzjoanli Taljan li skorja 16 -il gowl kif ukoll German Heiko Nossek li skorja 14.

Il-plejer internazzjonali Malti li għen lil Neptunes jirbħu d-double fl-istaġun li ghadda meta rebħu kemm il-kampjonat kif ukoll in-Knockout skorja xejn inqas minn 97 gowl ghar-Reds matul l-istess staġun.

Huwa skorja wkoll hat-trick fiz-zewg loghbiet validi mill-fazi tal-gruppi tal-preliminari ghal-loghob ewropej kontra t-Turkija meta Malta rebħet bl-iskor ta’ 8-7 kif ukoll fid-draw ta’ 5-5 kontra l-Polonja. Barra minn hekk huwa rnexxielu wkoll jiskorja hat-trick kontra l-Ġermanja fiż-żewġ logħbiet validi mill-ahhar rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012. B’hekk matul din is-sena Camilleri skorja xejn inqas minn 109 gowl ma’ Neptunes u mat-tim nazzjonali Malti.





Leave a comment