Steve D’ Amato jinħatar kowċ ta’ Mosta FC

Thursday, November 17, 2011, 12:32

minn Cristian Muscat

Steve D’ Amato ġie maħtur bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Mosta FC hekk kif iffirma kuntratt ta’ sena u nofs. D’ Amato ħa post Oliver Spiteri li kien ilu fit-tmexxija tat-tim għal sentejn u nofs fejn matul l-istaġun li għadda wassalhom għall-promozzjoni mill-kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni għall-kampjonat BOV Premier.

Steve D’ Amato ilu jikkowċja fl-ogħla livelli għal dawn l-aħħar għaxar snin, fejn beda l-avventura tiegħu ma’ Melita FC fejn wassalhom għall-promozzjoni kif ukoll għar-rebħ tan-Knockout kemm tat-tieni kif ukoll tat-tielet diviżjoni.

Huwa ngħaqad ma’ Ħamrun Spartans f’Ottubru tal-2008 fejn magħhom irnexxielu jasal sas-semi-fianli tal-U*BET FA Trophy fl-istaġun 2009/10 waqt li fl-aħħar staġun wassal lill-Ispartans biex jilghabu fiċ-Championship Pool. Fis-sajf li għadda huwa ngħaqad ma’ Qormi FC bħala ‘technical advisor’.

Mosta FC ma tantx kellhom bidu feliċi f’dan l-istaġun meta rnexxielhom jiksbu biss 5 punti minn 11 -il logħba wara rebħa u żewġ draws u bħalissa jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika.





2 Comments

  1. Peter Azzopardi says:

    Jien nawguralek kull success ma Mosta fil gejjieni. U grazzu tax xoghol li ghamilt maghna.. Nota lill EDITUR ta SPORTS IN MALTA>COM stajt ghazilt ritratt ta Stephen D.Amato bit Tracksuit ta QORMI F.C. ghax l ahhar li kien ma QORMI. Grazzi

    [Reply]

  2. Daniel says:

    Nawguralek coach – Daniel Bonnici

    [Reply]

Leave a comment