Stephen Spiteri jinħatar President ta’ Cottonera United YN

Monday, June 13, 2011, 10:00

Wara li ftit tax-xhur ilu ġie mħabbar li n-nurseries tal-Isla, Birgu u Bormla se jingħaqdu f’tim wieħed u jilagħbu taħt l-isem ta’ Cottonera United Youth Nursery F.C. fil-logħob kompetittiv, nhar it-Tnejn, 7 ta’ Ġunju 2011, ġie ffurmat l-ewwel kumitat tal-Cottonera United Youth Nursery F.C. għall-istaġun 2011-2012.  Dan il-proċess beda jsir, wara li dan il-proġett, li jingħaqdu t-tliet nurseries, ġiet approvata mill-kumitat ezekuttiv tal-M.F.A.

L-Ewwel kumitat tal-Kottonera United

L-Ewwel kumitat tal-Kottonera United

Il-kumitat il-ġdid tal- Cottonera United Youth Nursery F.C. huwa magħmul minn żewġ rappreżentanti minn Senglea Nursery, tnejn minn St.George’s Nursery u tnejn minn Vittoriosa Stars Nursery.

Is-Sur Stephen Spiteri, nħatar bħala President tal-Cottonera United Youth Nursery F.C., l-Onorevoli Chris Agius, inħatar bħala segretarju, is-Sur Victor Zarb bħala kaxxier, filwaqt li s-Sur Franco Scicluna, is-sur  Costance Calleja  u s-Sur Andrew Bugeja nħattru bħala membri.

Il-kumitat il-ġdid diġa beda jaħdem bla heda biex dan il-klabb ikollu setup professjonali għat-tfal tal-Cottonera United Youth Nursery F.C.  għall-istaġun 2011-2012.  Dan il-kumitat qed jaħseb għal kowċing staff professjonali, kits ġodda u grawnds għat-taħriġ.

Għaldaqstant, il-Cottonera United Youth Nursery F.C., qed toħroġ applikazzjonijiet għall-Head Kowċ u kowċis għal din in-nursery.  Dawk interessati għandhom jibagħtu email bid-dettalji tagħhom fuq cottoneraunited@gmail.com jew jċemplu lil Stephen Spiteri fuq 79373836.

Dawk il-plejers li huma interessati li jiġu għal trial ma’ Cottonera United Youth Nursery F.C. għandhom jibagħtu email lil cottoneraunited@gmail.com jew iċemplu fuq 79373836, jew jmorru f’wieħed minn nurseries tal-Isla, Bormla jew Birgu.

Din l-amalgamazzjoni se taħdem biex tgħaqqad il-poplu kollu tal-Kottonera, biex ilkoll flimkien jiksbu riżultati posittivi u dawn it-tfal u żgħażagħ jkun jista’ jkollhom futur sportiv u kompetittiv mill-aqwa grazzi għal tim wieħed, tim kompetittiv, tim tal-Kottonera magħquda, il- Cottonera United Youth Nursery F.C.

 





Leave a comment