Stephen Grima magħżul mill-UEFA biex jagħmel preżentazzjoni tal-kowċing

Wednesday, October 23, 2013, 12:36

Stephen Grima, Head of Coach Education fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA kien magħżul mill-UEFA biex jagħmel preżentazzjoni fil-workshop tal-Edukazzjoni fil-Kowċing li sar f’Budapest l-Ungerija bejn is-7 u l-11 ta’ Ottubru 2013. Għal dan il-workshop kien hemm 200 parteċipant li ġew minn kull pajjiż membru Ewropew tal-UEFA u anki rappreżentanti mill-FIFA.

 

Grima kien magħżul biex jippromwovi l-aqwa prattika tat-tagħlim filosofiku, flimkien ma’ rappreżentanti mill-Ingilterra u l-Ungerija, li kienu qed jospitaw dan il-workshop f’pajjiżhom.

Id-diskors ta’ Grima kien iffukat fuq kif il-kowċis jgħinu lill-plejers biex joħorġu l-aqwa potenzjal tagħhom. Hu sostna li l-aħħar studji wrew li l-ikbar problema li sabu l-plejers f’dawn l-aħħar snin biex joħorġu l-aqwa tagħhom ma kinitx dik li ġisimhom ma kienx iwassal, iżda l-fatt li kien qiegħed ikollhom problema biex jifmhu, jagħmlu dak li jkunu semgħu, isegwi l-aħjar mod kif teknikament ikunu aħjar u fl-aħħarnett minħabba l-attitudni tagħhom lejn il-kowċis.

 

Grima għalaq l-intervent tiegħu billi appella lill-kowċis li hemm bżonn li jemmnu aktar fil-plejers tagħhom. “Hemm bżonn ngħinuhom biex is-sellum jitilgħuh pass pass skont kemm jifilħu, waqt li fl-istess ħin inkunu qed niggarantixxu l-għola livelli possibbli għall-plejers li jitħarrġu magħna.”

 

Waqt dan il-workshop, Sir Alex Ferguson kien intervistat minn Ioan Lupescu, iċ-Chief Technical Officer tal-UEFA.

 

 

 

 





Leave a comment