Stephania Farrugia tirbaħ il-BOV Player tax-Xahar tan-Nisa għal Ottubru

Thursday, November 15, 2018, 15:45

Il-Captain ta’ Birkirkara Stephania Farrugia hija l-plejer tal-BOV tax-Xahar tan-nisa għal Ottubru 2018.

Il-Plejer tas-Sena tal-MFA għall-2017 żammet il-forma tagħha matul il-waqfa tas-sajf biex kisbet l-ewwel unur individwali tal-istaġun tal-futbol femminili 2018/2019.

Fit-tieni konfront kontra l-arċi-rivali Hibernians, fejn kienu tilfu il-BOV Super-Cup tan-nisa, id-difensura ma ħalleit l-ebda spazju fuq wara biex Birkirkara ma qalgħux gowls u rebħu 2-0.

Meta l-iskor kien 1-0 kontra Mosta, Stephania interċettat corner ta’ Raina Giusti biex b’diving header spettakolari ma tatx ċans lill-gowlkiper ta’ Mosta Zarb biex għamlet l-iskor 2-0. Ħamsa minuti biss wara, reġgħet oghliet aktar mid-difensuri avversarji biex b’header ieħor b’saħħtu tefgħet il-ballun fix-xibka għat 3-0 fil-logħba li spiċċat 5-0.

Charles Azzopardi, Exectuvei PR & Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta ippreżenta l-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Ottubru 2018lil Stephania Farrugia. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni ta’ inizjattivi sportivi f’Malta u Għawdex bħala parti mill-impenn tiegħu lejn il-komunità li fiha jopera.





Leave a comment