Stennija kbira għall-partita ta’ għada kontra l-Islovenja

Wednesday, August 31, 2011, 10:42

minn Catherine Micallef.

Mix-xellug Mark Scerri, Matthew Gauci, Mark Muscat u Robert Gatt

Mix-xellug Mark Scerri, Matthew Gauci, Mark Muscat u Robert Gatt

Kmieni dalgħodu l-Malta Football Association organizzat konferenza stampa bi tħejjija għall-partita ta’ għada l-Ħamis l-1 ta’ Settembru tat-tim nazzjoni ta’ taħt il-21 sena. Għal din il-konferenza stampa indirizzata lejn il-media kien hemm preżenti  l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti U/21 Ray ‘Żażu’  Farrugia, l-assistent tiegħu Ronald Vella, Robert Gatt – Direttur Ċentu Tekniku u Mark Muscat Media Officer għal-logħbiet Internazzjonali.

Ray Farrugia tenna li fit-tim preżenti hemm talent kbir meta tqis li hemm etajiet żgħar ħafna bħal Bjorn Kristensen u Zack Muscat. Wara ż-żewġ riżultati pożittivi barra minn xtutna : l-ewwel id-draw kontra l-Finlandja 0-0 fit-3 ta’ Ġunju u mbagħad ir-rebħa kontra l-Litwanja 2-1 fis-7 ta’ Ġunju, il-kowċ Farrugia stqarr li dawk iż-żewġ logħbiet issa għaddew u l-plejers iridu jinsewhom u jaħsbu biss fiż-ewġ logħbiet li ġejjin – dik ta’ għada kontra l-Islovenja u dik ta’ nhar it-Tlieta li ġej kontra l-Finlandja. Huwa enfasizza fuq it-taħriġ u li s-sessjoni ma ddum iktar minn siegħa u nofs fejn jagħmel enfasi fuq il-fatt li l-pljers iridu jieħdu pjaċir waqt it-taħriġ. Il-motto tiegħu huwa dan: “Go out and give your maximum, not your best!”. Bla dubju ta’ xejn it-tattika ta’ għada se tkun waħda offensiva iżda fl-istess ħin iridu jżommu kumpatt id-dipartiment difensiv anki minħabba l-fatt li t-tim Sloven għandhom plejers letali fit-tim tagħhom.

Ray 'Żażu' Farrugia - kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena

Ray 'Żażu' Farrugia - kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena

Meta mistoqsi minn sportinmalta.com dwar il-kundizzjoni tal-goalkeeper Għawdxi Adrian Parnis li jilgħab ma’ Sannat, Farrugia qal li l-plejer qed jirkupra wara l-inċident li kellu bil-karozza u diġa beda t-taħriġ tiegħu. Parnis kien fi stadju li jiffirma ma’ Lija A. iżda dan ma seħħx u hiija ħasra kbira għax huwa ċert li kieku lagħab ma’ dan it-tim kien iservi biex il-goalkeeper Għawdxi jagħti iktar fil-futbol Malti u jkollu esperjenza aħjar.  L-opinjoni taż-Żażu rigward il-Kampjonat Premier sa issa hija dik li kemm minħabba t-temperaturi li l-plejers jilagħbu fihom u anki minħabba li għadna fil-bidu, dan huwa ‘walking football’, pero jinsab kuntent bil-wirja tal-plejers ta’ taħt il-21 sena.

F’din il-konferenza stampa mill-aktar amikevoli, il-kowċ Farrugia stqarr mal-media lokali li l-bieb huwa miftuħ dejjem għall-media anki biex isegwu s-sessjonjiet ta’ taħriġ mill-bidu sal-aħħar, u anki wera x-xewqa li jkun hemm opportunita għall-media Maltija biex titla’ barra minn xtutna issegwi dak kollu li jsir meta t-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena jkun involut f’kompetizzjonijiet Ewropej.

Bi tbissima fuq fommu kmieni filgħodu, il-kowċ Ray Farrugia qed jistenna sapport kbir ġewwa l-Hibernians Stadium liema stadium jesa’ 2000 ruħ. Il-pubbliku jista’ jixtri l-biljetti mill-istadium qabel il-logħba li tibda fis-7pm u l-biljetti jiswew Eur4.

Waqt din il-konferenza stampa tkellem ukoll Robert Gatt, id-Direttur taċ-Ċentru Tekniku fi ħdan il-Malta Football Association fejn tenna li jinsab kuntent bl-istaff tekniku kollu u flimkien mal-kollegi tiegħu jagħtu s-sapport kollu meħtieġ meta jiġi biex jilgħab tim nazzjonali Malti anki dak ta’ taħt id-19 u 17-il sena. Minbarra l-preparazzjoni fiżika, Robert Gatt qed jipprova jdaħħal fil-plejer mentalita pożittiva u li plejer ikun motivat mentalment, anki f’każ li r-riżultati jkunu negattivi.

Lejn l-aħħar tal-konferenza tkellmu wkoll żewġ plejer tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena – Mark Scerri u Matthew Gauci fejn stqarrew li jinsabu ħerqana għal-logħba kontra l-Islovenja u bil-preparazzjoni li kellhom jemmnu li kapaċi jerġgħu jiksbu riżultat pożittiv. L-iskwadra hija dik ta’ 25 plejer u hemm kompetizzjoni kbira biex il-plejers ikunu fil-lista’ tat-18.

Intant, infakkru li l-għażla ta’ Ray Farrugia u Ronald Vella waqgħet fuq:

Balzan Daniel St. Andrews F.C. GKP
Parnis Adrian Sannat Lions F.C. GKP
Sultana Steve Qormi F.C. GKP
     
Bugeja Owen Floriana F.C. DIF
Camilleri Yessous Balzan Youths F.C. DIF
Cassar Cleaven Pieta’ Hotspurs F.C. DIF
Farrugia Kane Paul Mosta F.C. DIF
Gauci Matthew Robert Hamrun Spartans F.C. DIF
Grech Ishmael Pieta’ Hotspurs F.C. DIF
Martinelli Luca Mosta F.C. DIF
Muscat Zach Pieta’ Hotspurs F.C. DIF
Xerri Jonathan Marsaxlokk F.C. DIF
     
Borg Clyde Floriana F.C. MID
Caruana Triston Hibernians F.C. MID
Grech Sheldon Mosta F.C. MID
Grima Dylan Balzan Youths F.C. MID
Kristensen Bjorn Hibernians F.C. MID
Muscat Rowen Birkirkara F.C. MID
Scerri Mark Sliema Wanderers F.C. MID
     
Ciantar Miguel Sliema Wanderers F.C. ATT
Farrugia Jean Paul Marsaxlokk F.C. ATT
Grech Leighton Birkirkara F.C. ATT
Pisani Steve Hibernians F.C. ATT
Vella Terence Birkirkara F.C. ATT




2 Comments

  1. fif says:

    ara vera niskin int biex ma tafx li hemm TNEJN tal belt

    [Reply]

  2. FURJANIZ says:

    X’NURSERY GHANDHOM IL-BELT…. NAQQAS 1 MANDOM MAJJAT MA L-UNDER 21 ! LOL

    [Reply]

Leave a comment