Stefan Farrugia jispiċċa fir-raba’ post fis-singles

Monday, July 1, 2013, 9:52

L-ahhar partiti fic-centru tal-bocci f’Erdemli gabu fi tmiem il-kompetizzjoni ‘raffa’ kif wkoll l-ahhar atleta Malti fl-azzjoni. Fit-tieni semifinali tal-gurnata, Stefan Farrugia safa’ meghlub minn Matteo Albani ta’ San Marino 2 – 12. Partita li Albani ddomina mill-ewwel hinijiet tant li wara li sat-tielet sessjoni gia kien 9 – 0 minn fuq, ir-reazzjoni minn Farrugia waslet meta gia kien 11 – 0 minn taht meta ghamel zewg punti bl-ahhar punt jasal kif mistenni minn Albani ghall-iskor finali ta’ 12 – 2

Fl-ewwel semi finali Pasquale d’Altero li l-bierah gheleb lil Farrugia gheleb lil Gungor tat-Turkija 12 – 4 . Fil-finali ghal medalja tal-bronz kontra Yunus Emre Gungor tat-Turkija, wara li kien Gungor li fetah vantagg ta’ 2 – 0 fil-bidu li kompla jikber ghal 4 – 1 sar raba’ sessjoni, waslet reazzjoni minn Farrugia li ghamel l-iskor 4 – 3 madankollu ezatt wara kien Gungor li mar 6 – 3 u wara 9 – 3 minn fuq ghal 11 – 4.

Bil-partita litteralment deciza kien Gungor li ghalaq 12 – 4 biex rebah il-medalja tal-bronz ghat-Turkija.

Fil-finali Pasquale d’Alterio tal-Italja gheleb lil Matteo Albani ta’ San Marino 12 – 5





Leave a comment