Stefan Farrugia fis-semi finali tas-‘singles’.

Saturday, June 29, 2013, 10:06

Ghal Stefan Farrugia wara s-success flimkien ma’ David Farrugia bil-kisba tal-medalja tal-fidda fid-doubles, l-avventura tieghu f’Mersin tkompliet bilkompetizzjoni ‘singles’.

B’zewg rebhiet minn tlieta, Stefan Farrugia kiseb post fis-semi finali fejn ghad irid jistenna min se jkun l-avversarju dirett tieghu minn Grupp B li jintemm is-Sibt filghodu. Fl-ewwel partita minn Grupp A, Farrugia laghab kontra nr.1 fi Franza u rebbieh talmedalja tal-bronz fl-ahhar Kampjonat tad-Dinja Eddy Rovault. Kien Rovault li flewwel mis-serje ta’ tmien partiti fetah vantagg ta’ 0 – 3 liema vantagg izda tilef sal-hames sessjoni meta Farrugia qaleb ir-rizultat 6 – 3 favuru. Minn hemm Rovault qatt ma rkupra biex Farrugia hareg rebbieh 12 – 3

Fit-tieni partita tal-gurnata Stefan Farrugia laghab kontra Uros Sarac tas-Serbja.Partita ferm difficli u bla dubju wahda mill-isbah partiti tal-kompetizzjoni. Wara   li sas-sitt sessjoni kollox deher mitluf ghal Farrugia li kien 1 – 8 minn taht, beda   rimonta kwieta 2 – 8 ; 3 – 8 u 6 – 8 sabiex wara illi fl-ghaxar sessjoni wasal sa 7   – 8 , huwa qatel ghal kollox mill-loghoba lil Sarac li naqas li jwettaq reazzjoni bilMalti johrog rebbieh 12 – 8

Fit-tielet partita kontra Pasquale d’Alterio, kien it-Taljan illi sal-ewwel zewg   sessjonijiet kien fetah vantagg ta’ 4 – 0 liema vantagg kompla jikber fejn sa tmiem   il-hames sessjoni l-iskor tela’ ghal 9 – 0 favur Alterio. Fis-sitt sessjoni waslet   reazzjoni minn Farrugia li naqqas id-distakk ghal 2 – 9 u eventwalment sas-seba’   sessjoni 3 – 9 bil-partita tintemm 4 – 12 favur d’Alterio.





Leave a comment