Stefan Buontempo jifrah lil Nathan Lee Xuereb

Monday, August 5, 2013, 13:22

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, feraħ lil Nathan Lee Xuereb wara li kiseb suċċess fid-double trap, fil-Kampjonati Ewropej li saru l-Ġermanja.

Xuereb kiseb midalja tad-deheb wara li laqat 29 minn 30 plattina fl-ewwel rawnd u 30 minn 30 plattina fit-tieni rawnd.

Buontempo awgura lil Xuereb aktar suċċessi fil-karriera tiegħu, suċċessi li jagħmlu unur lil pajjiżna.





Leave a comment