Starlites viċin ir-rebħ tal-kampjonat

Thursday, February 14, 2013, 0:09

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

St. Nicholas Suns 50

Starlites 88

(12-24)(16-25)(13-22)(9-17)

 

Starlites komplew jersqu viċin ir-rebħ tal-kampjonat meta għelbu lil St. Nicholas Suns 88-52. Huma għamlu dan minkejja li kienu mingħajr Saviour Bonnici fil-waqt li Hubert Agius u Roberto Formosa kienu nieqsa għal Suns. Starlites ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Gabor Szokreny qabel ma Igor Marjanovic wieġeb għas-Suns. Hawn Starlites kellhom run ta’ 8-0 bi tlett baskets ta’ Robert Bonnici u għalkemm Marjanovic waqqafhom b’żewġ freethrows, Starlites komplew iżidu l-vantaġġ bi trippli ta’ Steve Sammut għal skor ta’ 24-12. Fit-tieni perjodu, Bonnici kompla jkabbar id-distakk favur Starlites. Hawn Suns għamlu beak ta’ 8-0 b’diversi punti minn Marjanovic pero’ reġgħu kienu Starlites li bi break ta’ 15-4 fetħu vantaġġ ta’ 18 –il punt 42-24. Starlites temmew is-sessjoni b’run oħra ta’ 7-0 biex daħlu jistrieħu 49-28 minn fuq.

Fit-tielet perjodu l-andament tal-logħba baqa l-istess bi Starlites jagħmlu breaks qosra b’Marjanovic iwieġeb bejniethom għal Suns. Starlites kellhom run oħra ta’ 10-3 bi trippli minn Sammut  Bonnici bl-aħħar żewġ baskets jaslu minn Suns permezz ta’ Stefano Borg u Marjanovic għal skor ta’ 71-41. Fl-aħħar perjodu kien Szokreny li beda bi tlett baskets mingħajr risposta flimkien ma’ Sammut. Reno Camilleri u Keith Scicluna wieġbu għal Suns pero’ Starlites baqgħu fil-kontroll. Huma għalqu l-partita bil-baskets ta’ Szokreny għal skor finali ta’ 86-52.

 

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 5, S. Borg 4, J. Paris, M. Barberi 6, R. Agius, R. Camilleri 2, S. Cauchi 4, I. Marjanovic 29.

Starlites: R. Loporto 4, R. Bonnici 20, J.C. Khalil 2, D. Garcia, C. Doublet 2, S. Sammut 26, G.Szokreny 20, B. Soler 10, A. Cutajar, F. Bartolo 4.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

 

Mellieħa 26

Siġġiewi 36

(8-4)(5-14)(6-6)(7-12)

 

F’partita li qatt ma laħqet xi livell għoli Siġġiewi għelbu lil Mellieħa 36-26. Kif juri l-iskor iż-żewġ timijiet ma kellhomx xi partita brillanti speċjalment fl-attakk. Wara li Mellieħa fetħu l-iskor minn Matthew Cauchikellhom jagħddu erba’ minuti għar-risposta ta’ Siġġiewi. Mellieħa kellhom sitt punti oħra għal basket ta’ Graham Coleiro għal Siġġiewi biex is-sessjoni ntemmet fuq skor baxx ta’ 8-4. Fit-tieni sessjoni Siġġiewi kellhom bidu aħjar b’seba’ punti minn Clement Kodomaris. Fis-sitt minuta ġiet ir-risposta ta’ Mellieħa minn Samuel Aquilina. Anthony Shoults għamel trippla għal Siġġiewi li fl-intervall kienu 5 minn fuq 18-13.

It-tielet sessjoni reġgħet kienet monotona ferm b’sitt punti biss fuq kull naħa. Beda Coleiro għal Siġġiewi i wara li Cauchi għamel il-punti ta’ Mellieħa, kien Kodomaris li wieġeb għal Siġġiewi u l-perjodu ntemm bil-punti ta’ Joshua Aquilina għal skor ta’ 24-19. Fl-aħħar sessjoni, l-partita tjiebet xi ftit u Siġġiewi rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti 33-23 wara punti minn Lee Grech u Kodomaris. Samuel Aquilina wieġeb għal Mellieħa qabel ma l-partita għalqet bil-freethrows ta’ Siġġiewi għal skor finali ta’ 36-26.

 

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 9, S. Aquilina 10, B. Borg 2, J. Aquilina 3, E. Cutajar, M. Borg Anastasi 2, R. Rozmovski, H. Fenech.

Siġġiewi: L.Grima, L. Grech 5, S. Mamo, JP Antoncic 8, A. Debattista, A. Shoults 3, G. Coleiro 8, C. Kodomaris 12

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder.

 

Miscela D’Oro Mtarfa 45

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 58

(5-14)(15-16)(13-18)(12-10)

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub għamlu double fuq Miscela D’Oro Mtarfa biex ħallewhom ifittxu l-ewwel rebħa dan l-istaġun u rebħu 58-45. Mtarfa kienu mingħajr Malcolm Sammut, David Cini u Daryll Schembri biex ippreżentaw team magħmul minn diversi players żgħażagħ. Phoenix kellhom nieqsa lil Rueben Curmi u Antoine Costa. Il-partita kellha bidu kwiet ferm u kienu Mtarfa li ħadu vantaġġ ta’ punt 5-4 wara trippla minn Nicholas Grech. Ir-risposta ta’ Phoenix ġiet b’run ta’ 10-0 b’ħames baskets konsekuttivi għal skor ta’14-5. Fit-tieni sessjoni Phoenix kompew ikabbru l-vantaġġ b’punti ta’ Andras Toompere. Wara time-out, Mtarfa bdew jaqsmu iktar il-logħob mal-avversarji u wieġbu bil-punti ta’ Josef Attard u Grech. Trippla ta’ Matthew Borg fetħet run ta’ 9-0 għal Mtarfa qabel ma Toompere għamel trippla għal Phoenix li flimkien ma’ basket ta’ Keith Caruana għalqu s-sessjoni fuq skor ta’ 30-20.

Wara l-intervall, minkejja li żiedu t-turnovers, Phoenix irnexxielhom ikabbru l-vantaġġ tant li fil-ħames minuta kienu 38-25 minn fuq. Mtarfa wieġbu b’basket ta’ Daniel Farrugia u trippla ta’ Jean Paul Borg biex naqqsu d-distakk ta’ 8 punti. Phoenix għalqu l-perjodu bi break ta’ 7-0 b’punti ta’ Trevor Grech għal skor ta’ 48-33. Fl-aħħar sessjoni l-partita kienet diġa deċiża u ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin għal ħin twil. Wara 4 punti konsekuttivi ta’ Grech, il-partita għalqet bi trippla ta’ Matthew Borg għal skor finali ta’ 58-45.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: A. Psaila, M. Borg 16, J. Attard 7, N. Grech 9, D. Farrugia 6, M. Agius 2.

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 11, G. Micallef 2, J. Vassallo, K. Azzopardi 1, D. Debattista 2, T. Grech 21, K. Genovese 4, K. Caruana, A. Toompere 17.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Starlites

8

8

0

16

St. Nicholas Suns

9

6

3

15

Siġġiewi

8

6

2

14

Mellieħa Tritones

8

4

4

12

Floriana

7

3

5

11

Phoenix Qormi Żmerċ Pub

9

2

7

11

Miscela D’Oro Mtarfa

8

0

8

8





Leave a comment