Starlites u Siġġiewi fil-finali

Friday, February 8, 2013, 11:59

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

 

Starlites 79

Miscela D’Oro Mtarfa 41

(17-4)(14-7)(27-6)(21-10)

 

L-ewwel semifinali tal-Bank of Valletta knock out laqqgħet lil leaders tal-kampjonat Starlites kontra t-team li għadu jfittex l-ewwel rebħa Miscela D’Oro Mtarfa. Id-differenza bejniethom dehret evidenti dehret evidenti sa’ mill-ewwel ħinijiet u wara li f’temp ta’ ħames sekondi Starlites marru minn fuq, huma komplew b’run ta’ 9-0 b’diversi punti ta’ Gabor Szokreny. Wara time-out mil-coach ta’ Mtarfa Joe Vella huma għamlu basket ieħor pero’ kienu Starlites li komplew b’sitt punti oħra għal skor ta’ 17-4. It-tieni sessjoni kienet aktar bilanċjata hekk kif Darryl Schembri kellhu 4 punti għal Mtarfa flimkien ma’ Alex Psaila. Pero’ Starlites reġgħu wieġbu bi break ta’ 8-1 biex daħlu jistrieħu 31-11 minn fuq.

It-tielet sessjoni ma tantx kien fiha storja bi Starlites jiddominaw kompletament fejn bdew bi trippla ta’ Robert Loporto u komplew f’run ta’14-2. Wara basket minn Josef Attard għal Mtarfa, Starlites kellhom run oħra ta’ 10-2 b’Szokreny jkompli jiddomina flimkien ma’ Steve Sammut. Huma temmew il-perjodu 58-17 minn fuq u komplew jagħfsu fl-aħħar taqsima. Hawn Mtarfa kellhom żewġ trippli minn Nicholas Grech u Jean Paul Borg. Starlites għalqu l-partita bi break ieħor ta’ 9-1 biex ħarġu rebbieħa 79-27.

 

Starlites: A. Schembri 4, R. Loporto 7, R. Bonnici 17, J.C. Khalil 4, S. Bonnici 3, D. Garcia 4, S. Sammut 7, G. Szokreny 26, B. Soler 2, A. Cutajar, F. Bartolo 5.

Miscela D’Oro Mtarfa: A. Psaila 2, M. Sammut, J. Attard 2, C. Calleja, JP Borg 7, N. Grech 6, D. Farrugia 2, M. Borg, D. Schembri 8, M. Agius.

Referees: Emmanuel Mangani, Clive Terribile.

 

Siġġiewi 56

St. Nicholas Suns 46

(14-6)(12-15)(17-14)(13-11)

Siġġiewi se jkunu t-tieni finalisti tal-BOV Knock out meta għelbu lil St. Nicholas Suns 56-46 f’partita nteressanti. Suns kienu mingħajr Robert Camilleri, Josef Paris u Ryan Agius pero’ rkupraw lil Reno Camilleri u Siġġiewi kienu mingħajr Adam Cutajar. Suns bdew b’żewġ baskets minn Keith Scicluna u Igor Marjanovic. Huma żammew il-vantaġġ għal ftit ħin għaliex Siġġiewi għamlu run ta’ 12-0 b’diversi punti minn Clement Kodomaris u temmew is-sessjoni 14-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu Suns bdew jersqu viċin bil-punti ta’ Marjanovic u Hubert Agius. Lee Grech kellhu l-punti għal Siġġiewi qabel ma Marjanovic għalaq is-sessjoni bi trippla biex fl-intervall Siġġiewi kienu 5 minn fuq 26-21.

Fit-tielet taqsima, Siġġiewi bdew bi tlett baskets konsekuttivi minn tlett players differenti. Suns wieġbu bil-punti ta’ Scicluna u Marjanovic qabel ma Anthony Shoults għamel trippla għal Siġġiewi. Suns kellhom break ieħor qasir ta’ 6-2 pero’ Glenn Gauchi Grech għamel trippla oħra għal Siġġiewi. Is-sessjoni ntemmet b’basket fuq kull naħa bis-Siġġiewi minn fuq 43-35. Fl-aħħar taqsmima l-partita baqgħet missielta għalkemm Siġġiewi baqgħu jżommu l-vantaġġ. Wara li Suns naqqsu d-distakk bi tlett punti ta’ Marjanovic, Siġġiewi kellhom break ieħor ta’ 6-0. Suns ma ċedewx u wieġbu b’run ta’ 8-0 b’żewġ baskets ta’ Marjanovic u waslu sa 5 punti ‘l bogħod 44-49. Punti minn John Paul Antonic fosthom trippla flimkien ma’ Graham Coleiro reġgħu taw vantaġġ komdu lil Siġġiewi li rebħu l-partita 56-46.

 

Siġġiewi: L. Grima, L. Grech 13, S, Mamo, G. Gauchi Grech 5, JP Antoncic 11, A. Duncan 2, A. Debattista, C. Kodomaris 11, G. Coleiro 9, A. Shoults 5.

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 9, S. Borg, H. Agius 8, M. Barberi 4, R. Formosa, R. Mercieca, R. Camilleri, S. Cauchi 2, I. Marjanovic 23.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder





Leave a comment