Starlites u Hibs jibqgħu fl-ewwel post flimkien

Monday, January 14, 2019, 18:25

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Hibernians 69

Depiro 52

(15-5)(20-10)(15-17)(19-20)

Hibs kellhom jikkontrollaw ir-rimonta ta’ Depiro biex jieħdu

Ritratt: Wally Galea

l-ħames rebħa tal-kampjonat u jżommhu l-ewwel post tal-klassifika. Hibs kellom vantaġġ ta’ 21 punt fit-tielet taqsima però fir-raba’ waħda dan niżel għal sebgħa u kienu t-three pointers ta’ Sam Brincat li reġgħu poġġewhom fit-triq tar-rebħa. Hibs kienu mingħajr Leanne Duncan u Depiro kellhom nieqsa lil Claudia Camilleri u Danielle Agius. Hibs fetħu l-partita bi trippla ta’ Elena Cassar u wara li Claire Ciantar wieġbet b’żewġ baskets għal Depiro, ic-champions għamlu run ta’ 10-0 b’baskets minn Amelia Simmons, Sophie Abela u Jasmine Abela. Depiro għalqu s-sessjoni b’basket ta’ Ashley Gray għal skor ta’ 15-5. Fit-tieni perjodu kien hemm punti fuq kull naħa qabel ma Hibs għamlu run ta’ 16-4 b’aktar punti minn Simmons flimkien ma’ Ema Micallef u trippla ta’ Brincat biex fil-mistrieħ kellhom vantaġġ ta’ 20 punt 35-15.

Wara l-intervall, Depiro fetħu tajjeb bil-punti ta’ Steffi De Martino u Nicole Agius. Hibs però kellhom risposta b’żewġ three pointers ta’ Jasmine Abela u għalkemm Gaby Mifsud ukoll kisbet trippla għal Depiro, c-champions fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 47-26. Depiro naqqsu d-distakk bil-punti konsekuttivi ta’ Gray iżda Brincat għamlet trippla oħra għal skor ta’ 50-32. Fl-aħħar sessjoni Depiro ħarġu l-aħjar tagħhom u b’difiża iżjed aggressiva huma għamlu break ta’ 13-2 maqsum bejn Mifsud, De Martino u Gray biex waslu sa’ seba’ punti ‘l bogħod 45-52. Hawn waslu żewġ trippli strumentali minn Brincat biex Hibs reġgħu fetħu vantaġġ b’figuri doppji u għalkemm kien hemm tentattiv ta’ rimonta oħra minn Depiro b’żewġ three pointers ta’ Agius, il-ħin kien kontra tagħhom u Hibs għamlu l-aħħar run ta’ 9-0 biex rebħu l-partita 69-52.

Hibs: E. Micallef 5, E. Cassar 9, K. Calleja 2, S. Brincat 17, I. Agius, J. Abela 8, S. Abela 3, A. Simmons 23, N. Farrugia, H. Al Tumi 2, K. Caruana.

 

Depiro: No. Agius, G. Mifsud 8, Ni. Agius 8, S. De Martino 11, D. Said Hollier 2, M. Scicluna, N. Hili, C. Ciantar 7, A. Mifsud 1, A. Gray 15.

Referees: Tuomas Mantere, Christine Xuereb, Kamil Dworniczak

Starlites GIG 69

Caffè Moak Luxol 58

(16-12)(16-13)(19-21)(18-12)

Starlites GIG kellhom jitħabtu biex għelbu l-isfida qawwija li offrew Caffè Moak Luxol fl-ewwel ħarġa tagħhom taħt it-tmexxija tal-coach Ruth Spiteri. Il-bidla fuq il-bank ġabet lura wkoll players bħal Beverlee Zammit, Noelene Vella u Sharon Vella. Starlites  kellhom lura lil Adriana Lupo u tħallew barra Anthea Micallef u Hayley Acreman. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ wara l-punti minn Antoinette Borg, Alexis Dillard u trippla ta’ Kay Portelli. Starlites kellhom risposta permezz ta’ trippla minn Kirsty Galea flimkien mal-punti ta’ Maria Bonnett, Josephine Grima u Patricia Arguello biex temmew l-ewwel taqsima 16-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, għal diversi drabi kien hemm partita perfetta bejn iż-żewġ timijiet wara li trippla ta’ Galea kienet imwieġba b’oħra minn Pace għal skor ta’ 25-25. Hawn Starlites għamlu run qasira ta’ 7-0 kollha minn Galea u Arguello għal skor ta’ 32-25.

Fit-tielet sessjoni, Luxol reġgħu ħarġu tajjeb u bdew bit-three pointers minn Borg, Ina Baena u Pace biex għamlu l-iskor indaqs 35-35. Galea, Arguello u Christina Curmi poġġew lil Starlites minn fuq però Luxol baqgħu jirrospondu speċjalment permezz ta’ Pace, Borg u Dillard qabel ma din tal-aħħar spiċċat fouled out ftit sekondi qabel tmiem is-sessjoni li Starlites għalqu fuq quddiem 51-46. Fl-aħħar taqsima kien hemm il-punti ta’ Pace u Vella għal Luxol li però tilfu wkoll lil Zammit u Baena bil-fouls. Starlites approfittaw u għamlu run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Galea u baskets konsekuttivi ta’ Mikela Riolo biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 65-55 u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 69-58.

Starlites: M. Zammit Cordina, K. Galea 24, M. Riolo 6, S. Farrugia, M. Bonett 5, F. Fabok, C. Curmi 4, J. Grima 8, P. Arguello 20, M. Cutajar, S. Davies 2, A. Lupo.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 20, B. Zammit 2, Ni. Vella, I. Baena 5,  No. Vella 2, S. Vella 2, K. Portelli 5, A. Borg 8, A. Dillard 14, L. Caruana Montaldo, M. Caruana , C. Mifsud.

Referees:  Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Ivica Simic.

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites Gig

6

5

1

11

373

326

Hibernians

6

5

1

11

390

334

Caffè Moak Luxol

6

2

4

8

363

395

Depiro

6

0

6

6

336

407

 





Leave a comment