Starlites u Hibs ikomplu jirbħu u l-klassifika ma tinbidilx

Monday, January 21, 2019, 22:27

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 55

Starlites Gig 64

(8-16)(11-19)(12-13)(24-16)

Starlites GIG kisbu rebħa oħra fuq Depiro dan l-istaġun fejn din kienet it-tielet waħda tal-kampjonat waqt li Depiro għadhom mingħajr rebħa b’riskju ċar li ma jaslux għall-play-offs. Kif ġralhom f’okkażjonijiet oħrajn, Depiro kellhom bidu ħażin u meta ppruvaw jirkupraw id-distakk kien kbir wisq u spiċċaw fuq in-naħa telliefa. Fil-fatt wara bidu bilanċjat b’sitt punti fuq kull naħa, Starlites għamlu break ta’ 10-2 bil-punti ta’ Josephine Grima, Patricia Arguello u Kirsty Galea biex temmew l-ewwel sessjoni 16-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu r-reazzjoni ta’ Depiro ma waslitx anzi kienu Starlites li komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom b’run sabiħa ta’ 14-2. Galea kompliet bil-punti tagħha fejn kellha trippla flimkien ma’ Grima u Maria Bonett u minkejja li Depiro kisbu trippla minn Nicole Agius u basket ta’ Steffi De Martino Starlites daħlu jistrieħu 35-19 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Starlites fetħu bi three pointer ta’ Arguello  basket ta’ Michela Zammit Cordina biex żiedu l-vantaġġ. Hawn Depiro kellhom break qasir ta’ 8-2 bil-punti ta’ Agius, De Martino u Denise Said Hollier però Starlites wieġbu bi trippla oħra ta’ Arguello flimkien ma’ Mikela Riolo biex temmew is-sessjoni 48-31 minn fuq. L-aħħar taqsima rat lil Depiro jagħmlu l-aħħar sforzi tagħhom speċjalment bit-tree pointers ta’ Gaby Mifsud u De Martino li rawhom inaqqsu d-distakk għal 12 –il punt 46-58. Arguello waqqfithom bi trippla però Depiro għamlu 8 punti oħra iżda ma kienx għad fadlilhom ħin u Starlites ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 64-55.

Depiro: No. Agius, J. Schembri, G. Mifsud 6, Ni. Agius 9, C. Camilleri 2, S. De Martino 20, D. Said Hollier 1, M. Scicluna, N. Hili, C. Ciantar 8, A. Mifsud, A. Gray 9.

 

Starlites: M. Zammit Cordina 2, K. Galea 12, M. Riolo 5, S. Farrugia, M. Bonett 8, H. Acreman, C. Curmi 5, J. Grima 12, P. Arguello 20, M. Cutajar, S. Davies, F. Fabok.

Referees:  Tuomas Mantere, Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic.

Caffè Moak Luxol 57

Hibernians 75

(9-17)(14-15)(16-29)(18-14)

Hibs wieġbu għar-rebħa ta’ Starlites b’rebħa fuq Caffè Moak Luxol

Ritratt: Wally Galea

biex kisbu l-ħames rebħa fuq l-istess avversarji dan l-istaġun. Hibs kellhom nieqsa lil captain Elena Cassar u l-coach Tony Camilleri rritorna fuq il-bank. L-attakk ta’ Luxol kien maqsum primarjament fuq żewġ players hekk kif Sarah Pace u l-Amerikana Alexis Dillard għamlu 51 punt mis-57 finali tal-vjola. Hibs għamlu l-ewwel seba’ punti tal-partita fosthom trippla ta’ Ema Micallef flimkien mal-punti ta’ Leanne Duncan u Amelia Simmons. Luxol wieġbu bl-ewwel punti ta’ Dillard u Pace però Simmons kompliet bil-punti tagħha għal Hibs u s-sessjoni għalqet bic-champions fuq quddiem 17-9. Fit-tieni perjodu, Hibs bdew bi trippla ta’ Samantha Brincat qabel ma Luxol naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Dillard u Sharon Vella flimkien ma’ trippla ta’ Pace. Hibs komplew bi break qasir ta’ 8-2 bil-Luxol jirrispondu bi trippla oħra ta’ Pace u basket ta’ Dillard qabel l-intervall għal skor ta’ 32-23.

Wara l-misrieħ, kien hemm bidu tajjeb mill-Pawlisti b’disa’ punti mingħajr risposta minn Duncan u Simmons. Dillard u Pace komplew jiksbu l-punti tal-Luxol però Hibs reġgħu għamlu run oħra ta’ 8-2 bi three pointer ieħor ta’ Micallef u temmew is-sessjoni 61-39 minn fuq. Fl-aħħar perjodu, Hibs komplew jamminstraw il-partita hekk kif iż-żewġ coaches daħħlu lil players ta’ fuq il-bank. Hibs kellhom aktar punti minn Simmons u Sophie Abela qabel ma Luxol għalqu l-partita bil-ħames trippla ta’ Pace u basket ta’ Nicole Vella biex Hibs ħarġu rebbieħa 75-57.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 26, B. Zammit, Ni. Vella 2, I. Baena,  No. Vella, S. Vella 2, K. Portelli 1, A. Borg 1, A. Dillard 25, L. Caruana Montaldo, M. Caruana , C. Mifsud.

 

Hibs: E. Micallef 6, B. Agius 2, K. Calleja, S. Brincat 10, I. Agius, J. Abela, S. Abela 5, A. Simmons 30, N. Farrugia, H. Al Tumi 4, K. Caruana 3, L. Duncan 15.

Referees:  Tuomas Mantere, Stephen Micallef, Ivica Simic.

 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites Gig

7

6

1

13

437

381

Hibernians

7

6

1

13

465

391

Caffè Moak Luxol

7

2

5

9

420

470

Depiro

7

0

7

7

391

471





Leave a comment