Starlites u Hibernians jibdew bir-rebħ

Tuesday, November 28, 2017, 13:14

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 57

Depiro 49

(8-8)(13-12)(10-16)(26-13)

Il-partita li fetħet il-kampjonat Mapfre MSV Life tan-nisa kienet bejn Starlites GIG u Depiro. Depiro kienu għelbu lil Starlites 60-50 fil-logħob tas-Shield però din id-darba kienu Starlites li ħarġu rebbieħa 57-49. Għal Starlites kienu nieqsa Danielle Agius, Kim Pirotta u Jaelle Micallef u posthom ħaduh Diane Revol u d-debuttanti żagħżagħ Michela Riolo u Michela Zammit Cordina. Għal Depiro kienet nieqsa Maria Bonett però rkupraw lil Claire Ciantar u ddebuttat l-Amerikana Alexis Lloyd. Il-partita kellha bidu kwiet bi Starlites jiftħu bi trippla ta’ Patrica Arguello. Depiro kellhom risposta bil-punti ta’ Claudia Camilleri u Steffi De Martino biex marru fuq quddiem. De Martino kompliet bi trippla qabel ma basket ta’ Kirsty Galea ippareġja s-sessjoni fuq skor baxx ta’ 8-8.  Fil-ftuħ tat-tieni perjodu Depiro għamlu sitt punti mingħajr risposta. Starlites ġew lura u kellhom aktar punti ta’ Arguello flimkien ma’ Galea u Marilou Cutajar biex marru fuq quddiem 17-15. Depiro ppareġjaw bl-ewwel punti ta’ Lloyd però trippla ta’ Galea u free-throw ta’ Arguello raw lil Starlites jidħlu jistrieħu fuq quddiem 21-20.

Wara l-intervall, Depiro reġa’ kellhom l-aħjar bidu bi break ta’ 8-2 fosthom trippla ta’ Lloyd però Arguello u Galea malajr reġgħu wieġbu għal Starlites hekk kif kienu huma biss li għamlu l-punti tat-taqsima. Depiro rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 5 punti lejn tmiem it-taqsima hekk kif Lloyd bdiet tidħol aktar fil-partita flimkien ma’ Claire Ciantar għal skor ta’ 36-31. Il-bidu tal-aħħar taqsima kien kollhu favur Starlites li bdew b’run ta’ 8-0 minn Galea u Adriana Lupo. Depiro waqqfuhom bi trippla ta’ De Martino però Arguello wkoll wieġbet bi three pointer biex Starlites baqgħu fuq quddiem 46-42. Nicole Agius kisbet trippla għal Depiro iżda Starlites wieġbu b’oħra ta’ Arguello u basket iehor ta’ Lupo. Three pointer fuq kull naħa ħalla lil Starlites basket minn fuq u l-players ta’ David Baudot ikkontrollaw l-aħħar ħinijiet hekk kif ma fallewx l-aħħar free-throws minn Arguello, Galea flimkien ma’ basket ta’ Jean Doughty biex rebħu l-partita 57-49.

Starites: D. Revol, K. Galea 21, J. Doughty 3, S. Farrugia. H. Acreman, M. Riolo, M. Zammit Cordina, E. Magrin, P. Arguello 24, M. Cutajar 3, S. Davies 2, A. Lupo 4.

Depiro: A. Mifsud, T. Mifsud, C. Camilleri 4, S. De Martino 19, N. Agius 6, N. Agius, A. Lloyd 14, T. Maciej, C. Ciantar 6.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic, Jason Cole.

Hibernians 57

Caffè Moak Luxol 54

(10-10)(19-4)(15-7)(13-23)

Fit-tieni partita c-champions Caffe Moak Luxol bdew jiddefendu t-titlu fuq nota negattiva hekk kif kienu megħluba mit-team ta’ Hibernians 57-44. L-attakk ta’ Luxol ftit iffunzjona speċjalment fl-ewwel tlett sessjonijiet hekk kif Sarah Pace kienet magħluqa sew mid-difiża ta’ Hibs organizzata tajjeb ferm mill-coach Sandro Farrugia. L-Amerikana ta’ Hibs Rachel Kehoe kompliet turi progress fil-logħob u l-esperjenza ta’ Sam Brincat se tkun utli għaż-żagħżagħ ta’ Hibs. Iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fl-ewwel ħinijiet bil-Hibs jiftħu bi trippla ta’ Julia Scerri. Hibs fetħu vantaġġ ta’ 3 punti li però gie newtralizzat bi trippla ta’ Paula Ellul lejn it-tmiem għal skor ta’ 10-10 fi tmiem l-ewwel taqsima. Hibs żiedu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu bil-punti ta’ Kehoe u trippla ta’ Naomi Farrugia. L-Amerikana ta’ Luxol, Ashanti Plummer, waqqfet ir-run tal-Pawlisti però għal ftit għax Hibs komplew bi break qawwi ta’ 14-2 hekk kif hallew lil Luxol b’basket wieħed biss. Kehoe kellha tlett baskets flimkien ma’ Elena Cassar u Silvia Gambino biex fil-halftime Hibs kienu 29-14 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Luxol dehru se jirkupraw hekk kif fetħu bil-punti ta’ Christina Curmi u trippla ta’ Pace. Hibs però malajr reġgħu ħadu kontroll tal-partita b’run oħra ta’ 9-0 minn Kehoe u trippla ta’ Jasmine Abela biex temmew il-perjodu b’vantaġġ komdu ta’ 23 punt 44-21. Fil-ftuħ tar-raba’ perjodu, Luxol kellhom run ta’ 7-0 b’żewġ baskets ta’ Pace u trippla ta’ Ina Baena Medina. Il-coach Farrugia għajjat it-time out biex ma jħallix lil Luxol jerġħhu jidħlu fil-logħba u l-players tiegħu irrispondew hekk kif żewġ baskets ta’ Kehoe u trippla ohra minn Abela reġħu tawhom vantaġġ ta’ 22 punt 51-29. Lejn it-tmiem, Luxol għamlu run ta’ 11-2 b’punti ta’ Plummer, Kay Portelli u Cristina Sollami li però serviet biss biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli hekk kif Hibs ħarġu rebbieħa 57-44.

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 4, S. Gambino 6, S. Brincat 4, I. Agius, J. Abela 6, N. Vella 2, K. Caruana 2, N. Farrugia 5, R. Kehoe 21, K. Calleja, J. Scerri 7.

 

Luxol:  S. Pace 9, C. Borg Millo, I. Baena Medina 7, N. Vella 2, A. Plummer 9, K. Portelli 3, P. Ellul 5, C. Solllami 4, M. Darmanin, C. Curmi 5.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment