Starlites u Hibernians ikomplu jerbħu

Tuesday, January 14, 2020, 21:58

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 76

ARMS Depiro 49

(14-17)(16-7)(28-11)(18-14)

Starlites GIG kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil ARMS Depiro 76-49. Depiro żammew il-pass sal-intervall però mit-tielet taqsima ‘l quddiem Starlites bdew iżidu l-vantaġġ u ħadu kontroll tal-partita. Depiro ppreżentaw l-akkwisti l-ġodda fejn huma ħadu lil Julia Scerri b’self mingħand Hibs u kellhom ukoll lil Francesca Mifsud fil-waqt li rritornaw Claudia Camilleri, Nicole Hili u Julia Borg li pattew għan-nuqqas ta’ Shanise Farrugia u l-captain Claire Ciantar. Starlites kellhom bidu tajjeb bil-punti ta’ Michela Zammit Cordina, Patricia Arguello u Maria Bonett biex marru 14-3 minn fuq. Huma waqfu jagħmlu l-punti hekk kif Depiro għamlu run ta’ 14-0 bl-ewwel punti ta’ Scerri flimkien mal-Amerikana Hannah Johnson u Borg biex temmew it-taqsima 17-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien hemm basket fuq kull naħa qabel ma Starlites għamlu run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Steffi De Martino, Anthea Micallef u Christina Curmi. Depiro waqqfuhom b’basket ta’ Nicole Agius li kellha wkoll trippla però fl-intervall Starlites kienu 6 minn fuq 30-24.

Fit-tielet sessjoni Starlites bdew ikabbru l-vantaġġ hekk kif bdew b’run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Arguello. Wara risposta minn Depiro bi trippla ta’ Agius, Starlites komplew b’run oħra ta’ 17-2 b’Arguello tagħmel it-tieni trippla tagħha flimkien ma diversi punti minn Bonett, Zammit Cordina u Micallef għal skor ta’ 58-35. Fl-aħħar taqsima il-punti kienu aktar mifruxa fuq iż-żewġ naħat bi Starlites dejjem fil-kontroll. De Martino kellha trippla flimkien mal-punti ta’ Adriana Lupo u Samantha Farrugia. Minkejja li Johnson kompliet tikseb il-punti għal Depiro, Starlites ma kellhomx problemi u rebħu l-partita 76-49.

Starlites Gig: M. Zammit Cordina 15, M. Riolo, A. Micallef 10, S. Farrugia 8, M. Bonett 5, S. De Martino 18, C. Curmi 2, C. Cilia, P. Arguello 12, M. Cutajar, S. Davies 2, A. Lupo 4.

 

ARMS Depiro: No. Agius, N.Borg 4, Ni. Agius 8, E. Cassar, F. Mifsud, J. Borg 2, D. Said Hollier, M. Scicluna, J. Scerri 8, C. Camilleri, N. Hili, H. Johnson 27.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic, Sejmir Tafilika

Hibernians 79

Luxol 56

(18-19)(14-10)(30-17)(17-10)

Hibernians wieġbu għar-rebħa ta’ Starlites meta għelbu lil Luxol 79-56

Ritratt: Wally Galea

u kisbu l-ħames rebħa kontrijhom dan l-istaġun u l-ħames waħda tal-kampjonat li poġġiethom lura fl-ewwel post tal-klassifika. Hibs kellhom nieqsa lil Leanne Duncan fil-waqt li Luxol introduċew lil player mil-Latvja Zane Neilande però kellhom diversi players nieqsa bħal Kay Portelli, Beverlee Zammit, Cristina Sollami u Ina Baena. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin kontinwament tant li l-ebda team ma rnexxielhu jiftaħ xi vantaġġ sostanzjali. Hibs kellhom trippla minn Naomi Farrugia flimkien mal-punti ta’ Amelia Simmons u Asheigh Van Vliet. Luxol ukoll kellhom trippla minn Monique Caruana flimkien ma’ Sarah Pace, Antoinette Borg u Neilande biex għalqu s-sessjoni punt minn fuq 19-18. Luxol kabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni b’sensiela ta’ free-throws minn Sharon Vella 24-20. Hibs wieġbu bi trippla oħra ta’ Farrugia flimkien m’oħra ta’ Sam Brincat u l-punti ta’ Simmons biex qalbu r-riżultat u daħlu jistrieħu 32-29 minn fuq.

Wara l-intervall Neilanda naqqset id-distakk għal Luxol però Hibs irrispondew bi break ta’ 12-2 bi trippli ta’ Jasmine Abela u Farrugia. Luxol irkupraw xi ftit meta huma wkoll kellhom it-three pointers minn Pace u Julia Schembri però Hibs kellhom disa’ punti mingħajr risposta biex għalqu l-perjodu 62-46 minn fuq. Fl-aħħar taqsima kien hemm żewġ baskets inizzjali minn Luxol minn Pace u Neilande però Hibs temmewlhom it-tamiet hekk kif għaqqdu break ieħor ta’ 11-0 bejn Simmons, Van Vliet, Brincat u Iona Agius. L-aħħar ħinijiet kienu maqsuma bejn iż-żewġ timijiet biex Hibs ħadu r-rebħa 79-56.

Hibernians: I. Agius 2, Y. Bonett 4, A. Van Vliet 14, S. Brincat 8, J. Dabic, J. Abela 3, C. Camilleri, A. Simmons 32, N. Farrugia 9, K. Calleja, K. Caruana 2, M. Buhagiar 2.

 

Luxol: S. Pace 12, P. Ellul 3, Ni. Vella, No. Vella, S. Vella 14, A. Borg 6, J. Schembri 3, M. Caruana 8, L. Caruana Montaldo, Z. Neilande 10.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nathan Xuereb, Sejmir Tafilika

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hiberians

5

5

0

10

355

286

Starlites GIG

5

4

1

9

386

289

Luxol

5

1

4

6

290

354

ARMS Depiro

5

0

5

5

292

394

 





Leave a comment