Starlites u Hibernians ikomplu jerbħu

Monday, February 3, 2020, 18:50

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

ARMS Depiro 60

Starlites GIG 83

(9-28)(17-18)(9-15)(25-22)

Starlites kisbu s-seba’ rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil ARMS Depiro

Ritratt: Wally Galea

83-60 fejn bidu qawwi għal partita kien biżżejjed għalijhom biex jieħdu r-rebħa. Huma kellhom nieqsa lil Christina Curmi però rkupraw lil Samantha Farrugia u Stephanie Davies. Għal Depiro kien hemm ir-ritorn ta’ Martina Scicluna li tilfet l-aħħar partita. Starlites bdew bl-ewwl 10 punti tal-partita maqsuma bejn erba’ players b’Michela Zammit Cordina jkollha żewġ baskets flimkien ma’ Maria Bonett, Patricia Arguello u Anthea Micallef. Depiro waqqfuhom b’basket ta’ Nicole Agius però Starlites komplew iżidu l-vantaġġ hekk kif waslu wkoll it-trippli ta’ Steffi De Martino flmkien ma’ aktar punti minn Bonett u Micallef u Mikela Rilo għal skor ta’ 28-9. Fit-tieni perjodu Starlites komplew bi 11 -il punt mingħajr risposta bi trippla oħra ta’ De Martino. Depiro finalment irnexxielhom iwieġbu u għamlu dan bi break ta’ 8-0 minn Hannah Johnson, Martina Scicluna u Agius. Sa’ tmiem it-taqsima ż-żewġ timijiet qamu l-punt b’baskets fuq kull naħa biex Starlites daħlu jistrieħu 46-26 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-puni naqsu xi ftit għalkemm kien hemm aktar trippli fuq kull naħa. Depiro kellhom trippla ta’ Francesca Mifsud bi Starlites iwieġbu b’oħra ta’ De Martino flimkien ma’ Riolo u Zammit Cordina għal skor ta’ 61-35. Fl-aħħar taqsima l-logħob kien aktar bilanċjat bid-Depiro jnaqqsu d-distakk b’run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Julia Scerri, Claire Ciantar u Johnson. Starlites komplew b’żewġ trippli oħra minn Zammit Cordina u għalqu l-partita b’seba’ punti mingħajr risposta biex ħarġu rebbieħa 83-60.

ARMS Depiro: No. Agius, N.Borg, Ni. Agius 10, F. Mifsud 3, J. Borg, D. Said Hollier 1, M. Scicluna 2, C. Ciantar 16, J. Scerri 7, N. Hili, H. Johnson 21, E. Cassar.

 

Starlites Gig: M. Zammit Cordina 17, M. Riolo 7, A. Micallef 4, S. Farrugia, M. Bonett 10, S. De Martino 25, P. Arguello 10, M. Cutajar, S. Davies 4, A. Lupo 6.

Referees: Ivica Simic, Vladimir Nikolic, Alysol Andaya.

Luxol 40

Hibernians 75

(6-31)(11-20)(6-12)(17-12)

Hibs ukoll rebħu s-seba’ partita tagħhom meta għelbu lil Luxol 75-40. Luxol kellhom wirja diżappuntanti fl-attakk u kien biss fl-aħħar taqsima li għamlu l-iskor aktar rispettabli. Luxol kellhom lura lil Paula Ellul u Cristina Sollami u Hibs irkupraw lil Leanne Duncan. Hibs kellhom bidu mill-aqwa meta għamlu run ta’ 20-4 bi trippli minn Sam Brincat u Jasmine Abela u diversi punti ta’ Amelia Simmons. Ir-risposta ta’ Luxol ma waslitx u Hibs komplew b’sensiela ta’ punti kosnekuttivi fost l-ohrajn minn Ashleigh Van Vliet u Kirsty Caruana għal skor ta’ 31-6 fi tmiem l-ewwel perjodu. Fit-tieni perjodu Hibs bdew bi break ieħor ta’ 10-2 Hawn Luxol irnexxielhom jagħmlu seba’ punti mingħajr risposta però kienet run qasira li Hibs malajr irrispondew għalijha b’oħra ta’ 10-2 b’Naomi Farrugia tagħmel żewġ trippli għal skor ta’ 51-17.

Wara l-intervall l-punti naqsu hekk kif Luxol reġgħu għamlu biss sitt punti fostom trippla minn Sarah Pace. Bejniethom Hibs għamlu 12 -il punt kważi kollha minn Van Vliet għal skor ta’ 63-23. L-aħħar taqsima kienet biss formalita għalkemm serviet biex Luxol jogħllu xi ftit il-punteġġ tagħhom primarjament permezz ta’ Pace li kienet l-unika player li spiċċat b’figuri doppji hekk kif huma kellhom run ta’ 13-2. L-aħħar punti waslu minn Farrugia għal Hibs li ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 75-40.

Luxol: S. Pace 14, M. Caruana 1, Ni. Vella 4, L. Caruana Montaldo 4, No. Vella 6, S. Vella 1, K. Portelli 2, A. Borg 1, P. Ellul, C. Sollami 5, B. Zammit,  Z. Neilande 2.

 

Hibernians: I. Agius 4, Y. Bonett 1, A. Van Vliet 18, S. Brincat 3, L. Duncan 2, J. Abela 3, A. Simmons 26, B. Agius 2, N. Farrugia 8, K. Calleja, K. Caruana 4, M. Buhagiar 4.

Referees: Ivica Simic, Vladimir Nikolic, Sejmir Tafilika

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites GIG

8

7

1

15

593

448

Hiberians

8

7

1

15

563

448

Luxol

8

1

7

9

450

580

ARMS Depiro

8

1

7

9

501

631

 





Leave a comment