Starlites Sports Experience jaħsdu lil Hibs

Tuesday, October 15, 2013, 17:38

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 74

Phoenix Petrus Pizza Loyola 23
(20-2)(20-2)(20-8)(14-13)

Ic-champions Pavi Depiro ftit sabu diffikulta biex jegħlbu lil Phoenix Petrus Pizza Loyola fl-ewwel ħarġa tagħhom fis-St. James Hospital Shield b’dominju assolut fl-ewwel żewġ sessjonijet. Għal Depiro Darlene Sammut ħadet post Martina Scicluna fil-waqt li Phoenix kienu mingħajr Martha Gatt, Abigail Sciberras u Christine Scicluna. Depiro ma setgħux jibdew aħjar meta meta kisbu l-ewwel 20 punt tal-partita mingħajr ma sofrew basket. Samantha Brincat kellha l-ewwel ħames punti bi trippla u flimkien magħha kien hemm il-punti tal-Amerikana Joncelyn Peterkin, Maria Bonett u Martina Mifsud. L-uniku basket ta’ Phoenix wasal minn Martha Abela fl-aħħar attakk. Fit-tieni sessjoni l-andament tal-partita baqa’ l-istess minkejja l-bidliet minn naħa tal-coach ta’ Depiro Gabriele Alesse. Depiro għamlu l-ewwel ħames punti qabel ma Melania Bajada għamlet l-unika basket ta’ Phoenix. Depiro komplew bi 15 –il punt ieħor, minn Peterkin, Antoinette Borg u Gaby u Andrea Mifsud biex daħlu jistrieħu 40-4 minn fuq.

It-tielet sessjoni fetħet bil-mod tant li wara tlett minuti kien hemm biss basket fuq kull naħa. Trippla ta’ Gaby Mifsud bdiet run ta’ 9-0 minn Depiro u l-iskor kiber għal 51-6. Phoenix għamlu żewġ baskets oħra bid-Depiro jagħlqu s-sessjoni b’seba’ punti oħra għal skor ta’ 60-10. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata tal-partita fejn iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin. Phoenix irnexxielhom jagħmlu iktar punti milli għamlu fit-tlett sessjonijiet ta’ qabel biex ġabu l-iskor iktar rispettabli bid-Depiro joħorġu rebbieħa 74-23.

Pavi Depiro: A. Mifsud 5, G. Mifsud 7, J. Peterkin 21, S. Brincat 7, M. Bonett 10, D. Sammut 2, M. Mifsud 3, A. Borg 6, R. Calleja, N. Agius 4, S. Micallef 8, B. Zammit 1.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: M. Abela 5, Y. Stancic, Y. Agius 4, J. Millo, M. Bajada 5, G. Torpiano 1, M.R. Agius 4, F. Camilleri 2, A. DeManuele 2.

Referees: Bernard Vassallo, Stephen Micallef.

Hibs 37

Starlites Sports Experience 47
(9-10)(15-18)(3-8)(10-11)

Starlites Sports Experience qatt ma rnexxielhom jegħlbu lil Hibs kemm ilhom jikkompetu fl-għola livell tal-basketball femminili. Però dan inbidel il-Ħadd li għadda meta f’partita mis-St. James Hospital Shield huma ħarġu rebbieħa 47-37. Starlites introduċew lil Amerikana Renea Phelps u żgur li l-impatt tagħha fuq it-team kien posittiv. Hibs kellhom nieqsa lil Alexis Cutajar u Nadia Mifsud u għal ħin twil lagħbu b’diversi żgħażagħ fuq il-court.  Wara li Starlites fetħu l-partita b’punti minn Phelps u Lindsey Pirotta, Hibs wieġbu b’sitt punti konsekuttivi minn Joselle Borg Cardona. Starlites għamlu ħames punti oħra u wara li Jean Doughty għamlet trippla għal Hibs, kienet Pirotta li għamlet l-aħħar basket għal skor ta’ 10-9. Hibs ħadu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni però Starlites għamlu run ta’ 8-0 b’żewġ baskets ta’ Phelps. Hawn Hibs kellhom l-aħjar mument tal-partita meta għamlu break ta’ 11-0 b’punti minn Elena Cassar u Julia Scerri biex marru 22-18 minn fuq u dehru li jistgħu jieħdu l-partita f’idejhom. Starlites però kellhom ħsibijiet oħra u punti minn Phelps, Natasha Attard u Marilou Cutajar rahom jieħdu vantaġġ ta’ 4 punti fl-intervall 28-24.

It-tielet sessjoni kienet nieqsa mil-punti tant li Hibs għamlu biss 3 minn Scerri u Emma Micallef. Starites kellhom iktar punti minn Phelps u Pirotta biex kabbru l-vantaġġ għal disa’ punti 36-27. Fl-aħħar sessjoni Starlites bdew b’run oħra ta’ 8-2 biex sa’ nofs is-sessjoni kabbru l-vantaġġ għal 15 –il punt 44-29. Hibs issa kienu demoralizzati u minkejja li għamlu it-three pointers minn Doughty u Micallef, Starlites baqgħu jikkontrollaw u rebħu l-partita 47-37.

Hibs: J. Scerri 7, E. Cassar 6, J. Doughty 8, R. Scerri, F. Mifsud, N. Farrugia, L. Micallef, Y. Abela, D. Cassar, E. Micallef 7, J.Borg Cardona 9, I. Agius.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, J. Busuttil Gaerty 2, A. Grixti, S. Tabone 2, P. Montanaro, R. Phelps 24, C. Scicluna, L. Pirotta 7, N. Attard 4, C. Sammut, S. Davies, M. Cutajar 8.

Referees: Steve Gouder, Stephen Micallef.





Leave a comment