Starlites Naxxar jippareġjaw b’rebħa fit-tieni partita

Tuesday, April 19, 2016, 19:27

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 63

Starlites Naxxar 80

(11-15)(20-20)(18-21)(17-24)

Starlites Naxxar rebħu t-tieni partita tas-serje finali biex ġabu l-iskor indaqs wara r-rebħa tal-Athleta fl-ewwel partita. Id-differenza għamilha Ivan Mitrovic li wara li fl-ewwel partita kien ikkontrollat mid-difiża tal-Athleta, f’din it-tieni finali kellhu 36 punt b’seba’ three pointers. Athleta kellhom bidu tajjeb għaliex bdew bl-ewwel seba’ punti bi trippla ta’ Soufian Hagul. Starlites ukoll irrispondew b’seba’ punti mingħajr risposta minn Alec Felice Pace u Miguel Falzon. Huma komplew bit-trippli ta’ Felice Pace u Mitrovic biex temmew it-taqsima 15-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Starlites żiedu l-vantaġġ b’aktar punti ta’ Mitrovic u Anthony Schembri però Athleta wiepbu bi trippla ta’ Joshua Aquilina flimkien ma’ Stefan Vincicu għal tlett darbiet naqqsu d-distakk għal 3 punti. Huma għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Vincic biex fl-intervall, Starlites kienu 4 minn fuq 35-31.

Fit-tielet taqsima kien hemm diversi three pointers fuq iż-żewġ naħat u wara li Athleta marru minn fuq bi trippla ta’ Martin Krastev, kienu Starlites li bit-three pointers konsekuttivi ta’ Mitrovic reġgħu fetħu vantaġġ ta’ tlett punti. Starlites għalqu t-taqsima bi break ta’ 7-0 biex fetħu distakk ta’ 10 punti 56-46. Athleta bdew l-aħħar taqsima bi trippla oħra minn Luca Stefanovic u reġgħu naqqsu d-distakk. Starlites għamlu run oħra ta’ 10-2 b’Mitrovic jagħmel żewġ trippli oħra. Athleta rrispondew bil-punti ta’ Stefanovic u Vincic, it-tnejn bi trippla kull wieħed però punti ta’ Felice Pace u Thomas Grech ħallew lil Starlites fuq quddiem sat-tmiem biex rebħu l-partita 80-63.

Gżira Athleta: S. Hagul 9, F. Mifsud Bonnici 7, J. Wait, D. Buhagiar, L. Stefanovic 8,  M. Gauchi Montaldo 2, J. Symmons, J. Aquilina 13, M.Krastev 8, S. Vincic 10, M. Cilia 6, A. Baldacchino.

Starlites: A. Schembri 2, O. Psaila, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri 2, M. Falzon 6, A. Felice Pace 18, I. Mitrovic 36, A. Cutajar, Q. Bugeja, A. Cutajar, T. Grech 16.

Referees: Bernard Vassallo, Stephen Micallef, Christine Farrugia.

Statistika…

Athleta

Free throws – 4 on 7

Baskets – 16 on 45

Three pointers – 9 on 24

Rebounds – 50

Assists – 11

Turnovers – 12

Steals – 6

Fouls Suffered – 12

Fouls Made – 15

Starlites

Free throws – 6 on 11

Baskets – 25 on 53

Three pointers – 8 on 23

Rebounds – 43

Assists – 16

Turnovers – 12

Steals – 9

Fouls Suffered – 15

Fouls Made – 13

It-tieni partita: Il-Ħadd 23 t’April fl-16:30





Leave a comment