Starlites Naxxar jerbħu t-tielet partita u jersqu pass ‘l bogħod mit-titlu

Tuesday, April 26, 2016, 19:06

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Starlites Naxxar 69

Gżira Athleta 56

(19-9)(19-17)(10-18)(21-12)

Starlites Naxxar irkupraw mit-telfa li ħadu fl-ewwel partita meta ħadu t-tieni rebħa fis-serje finali u jinsabu pass ‘l bogħod mir-rebħ tat-titlu. Athleta offrew sfida qawwija speċjalment fit-tielet taqsima meta wettqu rimonta li wasslithom sa basket taħt l-avversarji. Starlites però reġgħu irkupraw fl-aħħar taqsima biex ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 69-56. Starlites ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Thomas Grech u Alec Felice Pace b’Luca Stefanovic iwieġeb għall-Athleta. Starlites kellhom it-trippli ta’ Ivan Mitrovic biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 19-9. Fit-tieni perjodu Starlites komplew ikabbru l-vantaġġ bi trippla oħra ta’ Mitrovic u punti minn Miguel Falzon u Alec Felice Pace. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Joel Symmons u Francesco Mifsud Bonnici biex Starlites daħlu jistrieħu 38-26 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Starlites bdew bl-ewwel sitt punti minn Anthony Schembri u Falzon. Athleta kellhom mument mill-aqwa b’run ta’ 14-0 bil-baskets ta’ Stefanovic u trippla ta’ Mifsud Bonnici. Huma waslu sa’ basket ‘l bogħod wara żewġ baskets oħra ta’ Stefanovic għalkemm qabel intemmet it-taqsima basket ta’ Clive Schembri reġa’ poġġa lil Starlites erbgħa minn fuq 48-44. Fl-aħħar taqsima, Starlites reġgħu b’seba’ punti oħra bi trippla ta’ C. Schembri. Wara time-out, Athleta reġgħu rrispondew bi trippla oħra ta’ Mifsud Bonnici però Starlites kellhom run oħra ta’ 8-2 biex bdew jinqatgħu mill-avversarji. Huma għalqu l-partita bil-punti ta’ Felice Pace, Falzon u Mitrovic biex ħarġu rebbieħa 69-56 u jonqoshom rebħa biex jerbħu wkoll it-titlu tat-tieni diviżjoni.

Starlites: A. Schembri 12, O. Psaila, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri 5, M. Falzon 9, A. Felice Pace 6, I. Mitrovic 25, J. Formosa, Q. Bugeja, A. Cutajar, T. Grech 12.

Gżira Athleta: S. Hagul, F. Mifsud Bonnici 14, J. Wait, J. Aquilina 7, L. Stefanovic 16,  M. Gauchi Montaldo 4, J. Symmons 8, D. Buhagiar, M.Krastev, S. Vincic 6, M. Cilia 1, A. Baldacchino.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

Statistika…

Starlites

Free throws – 16 on 23

Baskets – 19 on 40

Three pointers – 5 on 15

Rebounds – 42

Assists – 9

Turnovers – 23

Steals – 10

Fouls Suffered – 20

Fouls Made – 17

Athleta

Free throws – 8 on 21

Baskets – 21 on 45

Three pointers – 2 on 18

Rebounds – 34

Assists – 6

Turnovers – 16

Steals – 7

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 20

Ir-raba’ partita: Il-Ħadd 1 ta’ Mejju fis-13:00





Leave a comment