- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Starlites Naxxar Champions tat-tieni diviżjoni

Posted By sportinmalta1 On May 2, 2016 @ 5:39 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 80

Starlites Naxxar 85

(11-16)(20-22)(25-19)(24-28)

Starlites Naxxar rebħu l-kampjonat tat-tieni diviżjoni wara li rebħu wkoll ir-raba’ partita tas-serje finali kontra Gżira Athleta 85-80. Kien staġun brillanti għal Starlites li rebħu l-kampjonati kollha fil-kategoriji tal-irġiel mill-under 14 sal-kampjonati ewlenin. Ir-raba’ logħba rriżultat f’partita stupenda u rajna logħob sabiħ fuq iż-żewġ naħat b’diversi żgħażagħ fuq iż-żewġ naħat. Athleta kienu mingħajr Soufian Hagul fil-waqt li Starlites kellhom lura lil Jacob Formosa. Il-partita li ntlagħbet quddiem pubbliku numeruż u storbjuż fetħet b’żewġ baskets minn Alec Felice Pace għal Starlites. Athleta wieġbu bi breal ta’ 7-0 bi trippla ta’ Stefan Vincic  però Starlites irrispondew bil-punti ta’ Thomas Grech u Felice Pace. Starlites komplew iżidu l-vantaġġ wara baskets minn Miguel Falzon u Formosa biex temmew it-taqsima minn fuq 16-11. Fit-tieni perjodu, Athleta rkupraw u għamlu run ta’ 8-2 bil-punti ta’ Luca Stefanovic, Mark Cilia u Adrian Baldacchino. Però, Athleta fallew diversi free-throws f’din it-taqsima u Starlites reġgħu żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Ivan Mitrovic u trippla ta’ Formosa . Lejn tmiem it-taqsima, Athleta għamlu sitt punti mingħajr risposta biex fl-intervall Starlites kienu 38-31 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u trippla ta’ Julian Wait rat lill- Athleta jnaqqsu d-distakk għal erba’ punti 42-46. Starlites kellhom aktar punti minn Mitrovic u Felice Pace però Athleta baqgħu viċin meta kellhom it-trippli ta’ Francesco Mifsud Bonnici u Stefanovic u naqqsu d-distakk għal punt 56-57. Starlites fetħu qawwi fl-aħħar taqsima meta għamlu run ta’ 9-0 b’żewġ trippli ta’ Mitrovic. Migeul Gauchi Montaldo wieġeb għall-Athleta qabel ma Mitrovic għamel trippla oħra u Starlites baqgħu b’vantaġġ komdu 71-5. Athleta għamlu l-aħħar sforz u kellhom it-trippli ta’ Stefanovic u l-punti ta’ Wait, Vincic u Gauchi Montaldo u waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod. Punti ta’ Grech u Clive Schembri reġgħu taw vantaġġ ta’ seba’ punti lil Starlites li baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 85-80 u l-kampjonat. Fi tmiem il-partita, s-Sur Peter Perotti Chief Officer Bank of Valletta ppreżenta l-unur tal-MVP tal-finali lil player ta’ Starlites Ivan Mitrovic u t-trofew ta’ champions lil captain Anthony Schembri fost il-ferħ tal-players sħabu u l-partitarji ta’ Starlites li ċċelebraw b’mod qawwi dan l-istaġun stupend.

Gżira Athleta: F. Mifsud Bonnici 7, J. Wait 9, J. Aquilina 8, L. Stefanovic 19,  M. Gauchi Montaldo 15, J. Symmons 2, D. Buhagiar, M.Cilia 3, S. Vincic 6, E. Schiappati, A. Baldacchino 11.

Starlites: A. Schembri 2, O. Psaila, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri 2, M. Falzon 6, A. Felice Pace 27, I. Mitrovic 28, J. Formosa 12, Q. Bugeja, A. Cutajar, T. Grech 8.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Gordon Barbara.

Ritratti: Bank Of Valletta (Stefan Abela): https://www.facebook.com/bovclubmt/?fref=ts

Statistika…

Athleta

Free throws – 21 on 36

Baskets – 19 on 52

Three pointers – 7 on 21

Rebounds – 56

Assists – 8

Turnovers – 28

Steals – 3

Fouls Suffered – 26

Fouls Made – 28

Starlites

Free throws – 16 on 25

Baskets – 24 on 52

Three pointers – 7 on 24

Rebounds – 42

Assists – 13

Turnovers – 14

Steals – 10

Fouls Suffered – 28

Fouls Made – 26


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/starlites-naxxar-champions-tat-tieni-divizjoni/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.