Starlites, Mellieħa u Suns jibdew bir-rebħ

Friday, November 16, 2012, 9:49

minn Colin Schembri

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

Starlites 60

Floriana 47

(22-3)(12-12)(7-10)(19-22)

 

Phoenix vs Mellieħa

Phoenix vs Mellieħa

Bidu qawwi minn Starlites kien biżżejjed biex jiżgurahom mil-ewwel rebħa fil-kampjonat Bank of Valletta konra Floriana 60-47. Starlites kellhom nieqes lil Chris Doublet fil-waqt li Floriana kellhom tibdil sostanzjali mil-aħħar ħarġiet tagħhom. Fil-fatt għalijhom idebuttaw Adrian Pace, Sean Meachen, Adrian Baldacchino u  Mark Pace. Starlites ma setax kellhom bidu aħjar għal partita meta bdew bl-ewwel 22 punt tal-partita b’punti fost l-oħrajn minn Robert Bonnici li kellhu trippla, Robert Loporti u Jean Carl Khalil. Lejn tmiem is-sessjoni ġiet l-unika risposta minn Floriana bi 3 punti għal skor ta’ 22-3. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu minn naħa ta’ Starlites u Floriana setgħu jibdew jersqu xi ftit lejn l-avversarji. Starlites bdew bi trippla ta’ Loporto pero’ n-naħa l-oħra kienu Mark Pace u Jeremy Curmi li wieġbu bi three pointers għal Floriana biex fl-intervall Starlites kienu 34-15 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Floriana komplew inaqqru l-vantaġġ ta’ Starlites speċjalment hekk kif dawn bdew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti. Wara break ta’ 6-1 mil-Furjaniżi, Saviour Bonnici għamel trippla għal Starlites pero’ Floriana wieġbu b’4 punti oħra qabel ma Bonnici reġa’ għamel trippla oħra. Hekk kif Floriana reġgħu naqqsu d-distakk fl-aħħar sessjoni, Starlites kellhom break ta’ 10-2 li reġa’ tahom vantaġġ ta’ 22 punt 54-22. Lejn tmiem il-partita kien hemm iktar three pointers minn Floriana pero’ dawn servew biss biex iġibu l-iskor aktar rispettabli u Starlites rebħu l-partita 60-47.

Starlites: A. Schembri, R. Loporto 6, R. Bonnici 20, J.C. Khalil 5, S. Bonnici 8, D. Garcia 14, D. Sultana, K. Galea, A. Cutajar, D. Deguara, A. Cutajar 4, F. Bartolo 3.

Floriana Francesco Fenech: A. Pace 5, S. Meachen 2, A. Baldacchino 10, R. Polis 2, R. Cassar, M. Pace 8, J. Curmi 20, O. Shamala, E. Farrugia 8, S. Galea.

Referees: Emanuel Mangani, Robert Darmanin.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 47
Mellieħa Tritones 55

(8-19)(6-10)(11-21)(22-5)

 

Reazzjoni minn Phoenix Qormi Żmerċ Pub lejn it-tmiem ma kienetx biżżejjed għalijhom biex isalvaw il-partia u Mellieħa ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat 55-47. Għal Phoenix għadu nieqes Justin Gambin fil-waqt li Mellieħa kellhom ir-ritorn ta’ diversi players bħal Joshua Aquilina, Paul Magro u Ian Curmi. Kien Oliver Sammut li għamel l-ewwel basket ta’ Mellieħa b’ Phoenix iwieġbu b’5 punti. Pero’ Mellieħa għamlu run ta’ 10-0 u wara li Fabien Mezanger u Karl Azzopardi għamlu l-punti ta’ Phoenix, Mellieħa għalqu s-sessjoni b’7 punti oħra għal skor ta’ 19-8. It-tieni sessjoni kienet nieqsa mill-punti tant li Phoenix għamlu biss 6 fosthom trippla minn Antoine Costa. Mellieħa wkoll kellhom sessjoni kwieta pero’ għalquha bi break qasir ta’ 7-2 biex daħlu jistrieħu 29-14 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kienu Phoenix li bdew l-aħjar b’punti ta’ Joseph Vassallo u Costa pero’ malajr waslet ir-risposta ta’ Mellieħa bi break ta’ 12-2 u ieħor ta’ 7-0 b’punti ta’ Samuel u Joshua Aquilina flimkien ma’ Sammut. Pero’ fl-aħħar sessjoni Phoenix ħarġu l-aħjar tagħhom u bdew javviċinaw lill-avversarji. Wara li bdew bi break żgħir ta’ 5-1, għamlu wieħed ikbar ta’ 10-0 biex naqqsu d-distakk għal 13 –il punt 40-53. Aquilina għamel basket għal Mellieħa b’ Phoenix iwieġbu b’7 punti oħra bi trippla ta’ Costa. Pero’ l-ħin kien kontra tagħhom u Mellieħa setgħu jieħdu l-ewwel rebħa 55-47.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 2, G. Micallef, J. Vassallo 11, K. Azzopardi 10, D. Debattista, R. Curmi, T. Grech 1, K. Genovese 7, A. Costa 15, K. Vella, F. Mezanger 1.

Mellieħa Tritones: B. Borg, J. Muscat 4, M. Borg Anastasi 4, S. Aquilina 19, P. Magro 2, O. Sammut 12, J. Aquilina 8, P. Cauchi, J. Sant, I. Curmi 4, C. Bugeja 4.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 

Miscela D’Oro Mtarfa 53
St. Nicholas Suns 70

(4-20)(17-17)(12-20)(20-13)

 

It-team żagħżugħ ta’ Miscela D’Oro Mtarfa sabha iebsa kontra team t’esperjenza u aspirant għat-titlu finali ta’ St. Nicholas Suns u l-bidu ħażin li kellhom għamililhom iktar diffiċli. Huma kellhom lil Calvin Calleja u Malcolm Sammut nieqsa. Suns kienu mingħajr Hubert Agius pero’ reġa’ mar lura magħhom Roberto Formosa. Wara li Mtarfa fetħu l-partita b’basket ta’ Shaun Baldacchino, Suns għamlu 17 –il punt mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Simon Cauchi. Wara li Baldacchino għamel it-tieni basket ta’ Mtarfa l-aħħar punti ġew minn Suns għal skor ta’ 20-4. It-tieni sessjoni kienet iktar bilanċjata u trippli fuq kull naħa ħallew lil Suns b’vantaġġ ta’  16-il punt 29-13. Sat-tmiem it-taqsima l-logħob baqa’ maqsum b’baskets fuq kull naħa u fl-intervall Suns daħlu minn fuq 37-21.

Mtarfa reġgħu fetħu t-tielet sessjoni b’żewġ baskets minn David Cini u Josef Attard qabel ma Suns għamlu run oħra ta’ 14-0 b’diversi punti minn Igor Marjanovic. Żewġ freethrows minn Jarnis Viibe waqqfulhom din ir-run u lejn it-tmiem Darryl Schembri għamel żewġ baskets għal skor ta’ 57-33 favur Suns. L-aħħar sessjoni fetħet bi break ta’ 8-0 minn Mtarfa li naqqsu d-distakk 41-57. Iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin qabel ma kien hemm break ieħor ta’ 8-3 minn Suns li serrħilhom rashom u ħarġu rebbieħa 70-53.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 6, D. Debono 2, J. Attard 8, J. Viibe 8, JP Borg 4, N. Grech 9, A. Psaila, D. Farrugia 4, M. Agius, D. Cini 6, D. Schembri 6.

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 10, S. Borg 2, R. Camilleri 5, J. Paris, M. Barberi 5, S. Kivshanov, S. Farrugia 8, R. Mercieca 16, R. Camilleri 5, S. Cauchi 5, I. Marjanovic 14.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

 





Leave a comment