Starlites Ker Grill jirbħu wara l-ħin barrani

Wednesday, January 26, 2011, 8:27

 …. minn Colin Schembri

DETUR SHIELD TIENI DIVIZJONI IRĠIEL

Vida Siġġiewi 69

Mellieħa Tritones 67

(21-9)(18-20)(20-14)(10-24)

Vida Siġġiewi saru t-tieni team li għadda għas-semifinali tad-Detur Shield tat-tieni diviżjoni. Huma għelbu lil Mellieħa Tritones 69-37 f’partita li setgħet marret kull naħa. Siġġiewi kellhom bidu tajjeb u bil-punti ta’ Clayton Agius huma kienu diġa 10 minn fuq f’nofs l-ewwel sessjoni 13-3, Joshua Aquilina wieġeb għal Mellieħa pero’ Siġġiewi kieni 21-9 minn fuq. Fit-tieni perjofdu Mellieħa daħlu iktar fil-partita speċjalment bi three pointers ta’ Oliver Sammut u naqqsu d-distakk għal basket 27-25. Pero’ Siġġiewi għalqu t-taqsima b’run ta’ 12-4 biex reġgħu fetħu vantaġġ t’10 punti 39-29.

Fit-tielet sessjoni id-distakk baqa’ l-istess sal-ħames minuta 48-37 bi Glenn Gauchi Grech u John Paul Antoncic attivi ferm għac-champions. Siġġiewi kabbru l-vantaġġ għal 22 punt wara run ta’ 9-2 inkluża trippla ta’ Lee Grech biex temmew is-sessjoni 59-43 minn fuq. Mellieħa stinkaw fl-aħħar sessjoni bil-punti kontinwi ta’ Aquilina pero’ minuta u nofs mit-tmiem Siġġiewi kienu għadhom 10 minn fuq 68-58, Trippla ta’ Sammut fetħet tamiet ġodda għal Mellieħa bis-Siġġiewi jfalu diversi freethrows. Dan wassal biex fl-aħħar sekondi Mellieħa ġew sa punt minn taħt 67-68 pero l-ħin kien kontrijhom u punt minn Agius serraħ ras is-Siġġiewi li rebħu l-partita 69-67,

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 10, JP. Antonic 10, C. Agius 12, L. Grech 13, A. Borg 6, N. Falzon 2, A, Duncan, E. Vella, C. Debattista, G. Agius 2, G. Gauchi Grech 14.

Mellieha Tritones: M. Cauchi 6, S. Saakian 16, H. Fenech 4, O. Sammut 21, J. Aquilina 20, R. Abela, J. Sant.

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri

Mtarfa Miscela D’oro 34

Floriana Eurobasket Peugeot 57

(14-11)(4-10)(6-19)(10-17)

Floriana Eurobasket Peugeot kisbu t-tielet rebħa fi Grupp A wara li għelbu lil Mtarfa Miscela D’oro 57-34. Huma għamlu dan minkejja n-nuqqas ta’ l-aqwa skorer tagħhom Chris Sammut li rebaħ il-Miles Express player tax-xahar għal Diċembru. Kienu Mtarfa li kellhom l-aħjar bidu meta marru 7-0 minn fuq wara li bdew il-partita bi trippla ta’ Keith Mifsud. Floriana bdew jirrispondu bil-punti ta’ Steve Sammut pero’ trippla ta’ David Agius kompliet tkabbar il-vantaġġ ta’ Mtarfa. Sammut baqa’ jwieġeb għal Floriana li fi tmiem is-sessjoni kienu 11-14 minn taħt. Fit-tieni perjodu l-punti kienu skarsi bil-Floriana jagħmlu l-ewwel żewġ baskets wara erba’ minuti u marru minn fuq. Punti ta’ Sammut u Mark Ciantar raw lil Floriana jmorru 21-18 minn fuq fil-half time.

Bħal m’għamlu f’partiti oħra, il-greens ħallew l-aqwa tagħhom għat-tielet sessjoni. Huma għamlu run ta’ 14-0 inkluż trippli ta’ Adrian Pace u Ian Mercieca biex marru 35-18 minn fuq. Mtarfa wieġbu bil-baskets ta’ Graham Coleiro pero Floriana temmew is-sessjoni 40-24 minn fuq. Fl-ewwel nofs tal-aħħar sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa biex Floriana baqgħu 46-29 minn fuq. Run ta’ 6-2 rat lil Floriana jiftħi vantaġġ ta’ 19-il punt 50-31 fis-sitt minuta. Il-partita għalqet bi trippla oħra ta’ Sammut biex Floriana ħarġu rebbieħa 57-34.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino, J. Vassallo, M. Sammut, D. Cilia, D. Angelov, K. Mifsud 3, A. Buttigieg, R. Galea, D. Cini 11, G. Coleiro 9, D. Agius 11.

Floriana Eurobasket Peugeot: O. Shamala 2, S. Galea, M. Ciantar 6, A. Pace 6, I. Mercieca 5, N. Mercieca 6, R. Polis 6, S. Sammut 20, D. Deguara, B. Aquilina 6

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly.

Athleta 44

Starlites Ker Grill 51

(9-17)(9-11)(10-9)(15-6)(1-8)

Starlites Ker Grill kellhok bżonn il-ħin barrani biex għelbu l-isfida ta’ Athleta 51-44, Huma rebħu Grupp B biex issa fis-semifinali jilgħabu kontra Vida Siġġiewi u Athleta jilgħabu kontra Floriana. Starlites kellhom l-aħjar bidu fejn bil-punti kontinwi ta’ Abraham Portelli fetħu vantaġġ ta’ 4 punti f’nofs l-ewwel sessjoni 11-7. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Ivan Buldakov pero’ punti ta’ Ivan Riolo raw lil Starlites itemmu s-sessjoni 17-9 minn fuq. It-tieni sessjoni fetħet b’basket ta’ Buldakov pero’ run ta’ 8-0 minn Starlites poġġithom 25-11 minn fuq fejn il-punti kollha ġew minn Saviour Bonnici fosthom żewġ trippli. Il-punti mbagħad naqsu għalkemm lejn it-tmiem Athleta għamlu break qasir ta’ 6-0 biex naqqsu d-distakk għal 10 punti fil-halftime 18-28.

Fit-tielet sessjoni il-punti komplew ġejjin bil-mod. Wara basket fuq kull naħa, Athleta għamlu run ta’ 6-0 biex naqqsu d-distakk għal 4 punti 26-30. Starlites ħadu time out u rkupraw xi ftit bil-punti ta’ Robert Bonnici u fi tmiem il-perjodu reġħu fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 37-28. Fl-aħħar sessjoni Athleta naqqsu d-distakk wara run ta’ 5-0 imma Starlites reġgħu wiegbu bil-freethrows ta’ Bonnici. Id-determinazzjoni tal-Athleta wasslithom biex fl-aħħar 49 sekonda jieħdu l-vantaġġ għal-ewwel darba 43-41. Bonnici kellhu l-free-throws għal Starlites pero fallihom u Athleta ħadu l-pusess fl-aħħar 16-il sekonda. Pero’ fl-aħħar żewġ sekondi basket ta’ Saviour Bonnici tefa l-logħba fil-ħin barrani 43-43. Il-ħin barrani kien missielet pero’ Starlites għamlu basket u trippla minn Bonnici li tawhom vantaġġ ta’ 5 punti 49-44. Athleta ma rnexxielhomx jirkupraw biex Starlites ħarġu rebbieħa 51-44.

Athleta: K. Cucciardi 2, A. Baldacchino 5, S. Aquilina 6, M. Giusti 9, J. Muscat 2, L. Fenech, J. Chircop, M. Spiteri 2, R. Formosa 11, I. Buldakov 17.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 4, I. Riolo 6, R. Bonnici 9, D. Sultana , A. Portelli 11, S. Bonnici 17, A. Cutajar, C. Doublet, T. Degorgio 2, S. Gouder 2.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.





Leave a comment