Starlites Ker Grill jirbħu l-ewwel unur fl-istorja tagħhom

Monday, April 4, 2011, 8:10

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

Starlites Ker Grill 34

Vida Siġġiewi 31

(8-6)(7-11)(9-8)(10-6)

Starlites vs Vida

Starlites vs Vida

Starlites Ker Grill rebħu l-Bank of Valletta knockout tat-tieni diviżjoni f’partita ta’ skor baxx meta għelbu lil Vida Siġġiewi 34-31. Għal Starlites dan kien l-ewwel unur fl-istorja tagħhom bis-Siġġiewi jitilfu wieħed mill-unuri li rebħu l-istaġun li għadda. Kif jindika l-iskor, l-attakk taż-żewġ timijiet kien fjakk u l-iskor baqa’ baxx tul il-logħba kollha. Ta’ min ifaħħar l-inizjattiva li ħadu ż-żewġ clubs li tellgħu tfal minn nurseries tagħhom li ħolqu atmosfera ta’ ferħ fil-padiljun f’waħda mill-akbar attendenzi ta l-istaġun. Kienu Starlites li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 8-2 fejn wara li Siġġiewi fetħu l-iskor b’basket ta’ Petar Vulovic, huma għamlu run ta’ 8-0 li għalquha bi trippla ta’ Robert Loporto. Siġġiewi wieġbu bi trippla u basket ta’ Glenn Gauchi Grech għal skor ta’ 8-6. Fit-tieni perjodu, Siġġiewi kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-partita b’run ta’ 10-2 fosthom trippli ta’ Noel Falzon u Lee Grech. Starites ġew lura bil-punti ta’ Abraham Portelli u Steve Gouder pero’ fil-halftime Siġġiewi baqgħu igawdu vantaġġ ta’ basket 17-15.

Fit-tielet sessjoni Starlites reġgħu marru fuq quddiem wara run ta’ 9-0 li bdewha bi trippla ta’ Ivan Riolo. Lejn it-tmiem, Siġġiewi dawru l-iskor b’żewġ trippli ta’ Gauchi Grech u Albert Borg għal skor ta’ 25-24. Siġġiewi marru 3 minn fuq fl-aħħar sessjoni 30-27 pero’ dan ma qatax qalb Starlites li wieġbu bil-freethrows ta’ Saviour Bonnici u trippla ta’ Riolo u reġgħu ħadu vantaġġ 33-30. Huma baqgħu jikkontrollaw l-isforzi magħġġla ta’ Siġġiewi biex rebħu l-partita 34-31. Fi tmiem il-partita, s-Sur Edward Muscat Azzopardi mill-Bank of Valletta ippreżenta t-trofew lil Ivan Riolo captain ta’ Starlites.

Starlites Ker Grill: B. Riolo, I. Riolo 6, R. Bonnici, A. Portelli 11, C. Doublet, F. Bartolo, S. Bonnici 3, A. Cutajar, R. Loporto 7, S. Gouder 7.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 3, JP. Antonic 1, C. Agius 1, A. Duncan, L. Grech 12, A. Borg 7, N. Falzon 3, M. Pajic, E. Vella, K. Farrugia, G. Agius, G. Gauchi Grech 4.4

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri.





Leave a comment