Starlites jissorprendu lil Depiro…tmiem drammatiku jagħti rebħa lil Gżira Athleta

Monday, October 24, 2016, 18:20

St. James Hospital Shield Irġiel

minn Colin Schembri

Cynergi Depiro 69

Starlites 80

(16-25)(18-17)(23-17)(7-21)

Starlites irnexxielhom jieħdu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Cynergi Depiro 80-69 u minkejja li din ir-rebħa ma wasslithomx fis-semifinali, żgur li l-prestazzjoni timlijhom bil-kuraġġ. Wara l-ewwel basket minn Thomas Grech, Depiro wieġbu b’run ta’ 7-0. Starlites ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 19-4 bi three pointers minn Grech u Ivan Mitrovic flimkien ma’ Jacob Formosa biex sa’ tmiem is-sessjoni fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 25-16. Mitrovic kellhu trippla oħra fil-ftuħ tat-tieni sessjoni però Depiro bdew inaqqsu mill-iżvantaġġ bil-punti ta’ Samuel Zammit u trippla ta’ Andrew Aquilina. Punti ta’ Nicola Stankovic u Grech taw ftit tan-nifs lil Starlites li daħlu jistrieħu 42-34 minn fuq.

Wara l-intervall, Depiro tejjbu l-logħba tagħhom u ħarġu b’mod agressiv u wara li ġabu l-iskor indaqs bi trippla tal-Amerikan Dominic Scafidi, marru minn fuq bi break ta’ 11-4 bi trippla ta’ Zammit biex fetħu vantaġġ ta’ 8 punti. Humatilfu lil David Bugeja b’injury wara ftit minuti u Starlites reġgħu naqqsu d-distakk wara trippla oħra ta’ Mitrovic ma’ tmiem il-perjodu għal skor ta’ 62-59. L-aħħar taqsima fetħet b’żewġ three pointers oħra minn Starlites minn Mitrovic u Anthony Schembri. Depiro waqqfuhom b’basket minn Darryl Schembri però run oħra ta’ 10-2 minn Starlites rathom jieħdu kontroll tal-partita u sat-tmiem kellhom trippla oħra minn Mitrovic biex ħarġu rebbieħa 80-69.

Cynergi Depiro: J. Attard, D. Bugeja 8, R. Bonnici 6, D. Schembri 6, A. Aquilina 9, S. Zammit 15, T. Zammit, M. Mallia, A. Querios, N. Grech, M. Borg, D. Scafidi 25.

Starlites: I. Mitrovic 19, L. Vella, A. Schembri 3, M. Falzon 6, A. Felice Pace 8, Zika Stankovic, J. Formosa 18, N. Stankovic 11, T. Grech 15.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Christine Farrugia.

Gżira Athleta 85

Floriana MCP Car Parks 84

(17-15)(15-18)(27-19)(26-32)

Dawn iż-żewġ timijiet kienu diġa ċerti minn post fis-semi-finali wara r-rebħ kontra Hibs però din il-partita riedet tiddetermina r-rebbieħa ta’ Grupp 1. Kienu Gżira Athleta li fi tmiem ta’ partita kumbattuta ħarġu rebbieħa għalkemm Floriana MCP Car Parks baqgħu viċin sal-aħħar sekondi.Floriana kienu mingħajr Abraham Portelli però kellhom lura fl-iskwadra lil Dirk Schembri wara nuqqas twil. Athleta bdew bl-ewwel 10 punti minn Michael Naudi u Josiah Whitehead. Wara time-out, Floriana bdew jirrispondu primarjament minn Clayton Calleja biex għamlu l-iskor indaqs 12-12. Athleta wieġbu b’ħames punti oħra fosthom trippla minn David Camilleri biex temmew l-ewwel taqsima 17-15 minn fuq. Fit-tieni perjodu ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex għal ħin twil kien hemm parita. Floriana rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ wara punti ta’ Sean Bor u Nikola Vasovic però punti konsekuttivi ta’ Naudi reġgħu ressqu lil Athleta viċin u fl-intervall Floriana kienu punt minn fuq 33-32.

Fit-tielet perjdodu l-logħob baqa’ bilanċjat bl-ebda teama ma jirnexxielhu jieħu vantaġġ komdu. Three pointers minn Billy Zammit, Roderick Vella u Whitehead taw vantaġġ ta’ seba’ punti lil Athleta 59-52. Fl-aħħar taqsima, Athleta bdew aħjar u setgħu jiftħu vantaġġ b’figuri doppji 69-58 wara żewġ trippli ta’ Peter Shoults. Floriana hawn dehru tilfu rashom wara li kkontesaw xi deċiżjonijiet fejn saħansitra spiċċa barra Vasovic wara żewġ technical fouls. Athleta dehru li se japprofittaw minn dan u kabbru l-vantaġġ għal 13 –il punt. Però Floriana ma ċedewx u bdew ikunu agressivi u japprofittaw mill-iżbalji tal-Athleta li forsi serrħu rashom kmieni. Trippla ta’ Nick Andrejevic u punti ta’ Chad Patus u Shawn Pace reġgħu ressquhom viċin però ma kienx għad fadal ħin hekk kif trippla ta’ Pace għalqet il-partita bl-Athleta joħorġu rebbieħa 85-84

Gżira Athleta: M. Naudi 23, R. Vella 17, D. Camilleri 6, L. Stefanovic, P. Shoults 8, F. Mifsud Bonnici, B. Zammit 7, S. Vincic, M. G. Montaldo, J. Whitehead 24.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 25, S. Pace 10, D. Schembri 4, S. Borg 8, N. Vasovic 13, C. Calleja 14, A. Axiaq 6, N. Andrejevic 3.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Teemu Helenius.





Leave a comment