Starlites jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun

Tuesday, January 10, 2017, 9:33

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

Mellieħa Tritones 56

Starlites 70

(12-12)(15-17)(15-26)(14-15)

Starlites kellhom xi tibdil fl-iskwadra tagħhom fejn issaħħew biż-żieda ta’ Nikola Stankovic li jilgħab magħom ukoll fl-ewwel diviżjoni u l-akkwist ta’ Ryan Carabott mingħand Hibs li wkoll se jkun użat fiż-żewġ kategoriji. Mellieħa wkoll kellhom xi tibdil hekk kif irritorna għal-logħob wara ħafna żmien Samuel Aquilina però kellhom nieqsa lil Michel Farrugia u Bernard Soler. L-akkwisti l-ġodda għamlu differenza għal Starlites hekk kif it-team immexxi minn Alfred Mifsud kiseb l-ewwel rebħa tiegħhu fil-kampjonat. Il-partita kellha bidu kwiet fejn kienu Mellieħa li bdew bl-ewwel sitt punti tal-partita. Hawn Starlites kellhom run ta’ 10-0 bl-ewwel punti ta’ Carabott u Stankovic però Mellieħa ġew lura u rnexxielhom jippareġjaw sa’ tmiem it-taqsima 12-12. Fit-tieni sessjoni ż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin tant li l-ebda wieħed ma seta’ jieħu xi vantaġġ għalkemm Mellieħa fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 22-17 wara trippla ta’ Ian Terribile. Starlites kellhom il-punti ta’ Carabott u Isaac Pace u fl-aħħar nofs minuta approfittaw minn żewġ turnovers ta’ Mellieħa biex marru basket minn fuq 29-27 wara żewġ baskes minn Stankovic u Quentin Bugeja.

Fit-tielet taqsima, Starlites kellhom l-aħjar bidu hekk kif bdew bi break ta’ 10-2 bil-punti ta’ Carabott u Bugeja. Wara li Janis Vibe wieġeb għal Mellieħa, Bugeja kompla għaddej bil-punti konsekuttivi tiegħhu u Starlites rnexxielhom jieħdu vantaġġ b’figuri doppji 46-36. Huma komplew bil-baskets ta’ Stankovic biex temmew it-taqsima 55-42 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet aktar bilanċjata fejn Starlites ikkontrollaw l-isforzi ta’ Mellieħa li kellhom il-punti tat-Taljan Daniele Miani però trippla ta’ Carabott għalqet il-partita għal Starlites li ħadu l-ewwel rebħa 70-56.

Mellieħa Tritones: J. Muscat, R. Loporto 13, J. Vibe 9, I. Terribile 19, B. Aquilina 1, D. Miani 6, E. Lupo 4, S. Aquilina, C. Grixti 2.

Starlites: M. Azzopardi, L. Vella, A. Xuereb, M. Vella, I. Pace 2, A. Perunicic 4, N. Stankovic 20, R, Carabott 24, Q. Bugeja 14, A. Cutajar 2, M. Farrugia.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Miklos Rajczi.

Gżira Athleta 47

Marvels Power Plus 38

(18-12)(10-8)(10-9)(9-9)

F’partita ta’ skor baxx, Gżira żammew l-imbattibilita tagħhom meta kisbu t-tielet rebħa fuq Marvels dan l-istaġun biex ħadu wkoll is-seba’ rebħa tal-kampjonat. Marvels reġgħu kienu mingħajr Steve Sammut u kien nieqes ukoll David Garcia b’posthu jieħdu Kamil Maruda fil-waqt li Athleta kellhom nieqes lil Daniel Buhagiar. Athleta kellhom bidu mill-aqwa fejn bdew b’run ta’ 13-4 bil-punti ta’ Kwame Thompson u trippla ta’ Luca Stefanovic. Marvels irkupraw xi ftit wara sitt punti konsekuttivi però basket ta’ Mark Cilia ra lill-Athleta jtemmu l-ewwel taqsima 18-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat hekk kif kien hemm diversi turnovers fuq kull naħa. Athleta bdew bi 8 punti mingħajr risposta u fl-intervall kienu 28-20 minn fuq hekk kif Jonathan Ransley kellhu żewġ baskets konsekuttivi għal Marvels.

Wara l-intevall, Marvels komplew inaqqsu d-distakk meta bdew b’sitt punti mingħajr risposta. Wara time-out, Athleta rkupraw bil-punti ta’ Stefanovic u Thompson li kellhu wkoll trippla biex baqgħu fuq quddiem 38-29. Fl-aħħar sessjoni, l-punti komplew ġejjin bil-mod bit-team ta’ Marvels ma jirnexxilhomx inaqqsu aktar id-distakk biex Athleta setgħu jikkontrollaw il-vantaġġ u joħorġu rebbieħa 47-38.

Gżira Athleta: R. Zammit, F. Mifsud Bonnici 3, J. Wait 2, J. Aquilina 2, L. Stefanovic 9, M. Gauchi Montaldo 4, M. Giusti 5, K. Thompson 18, S. Vincic 2, M. Cilia 2.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi 5, D. Massa, D. Pisani 10, R. Curmi, D. Debattista 2, M. Formosa, C. Camenzuli, K. Maruda 2, C. Briffa 8, J. Ransley 9, A. Toompere 2.

Referees: Stephen Micallef, Emanuel Mangani.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

7

7

0

14

483

322

Marvels Power Plus

6

3

3

9

322

337

Mellieħa Mr. Green

6

2

4

8

326

337

Siġġiewi St. Nicholas

5

2

3

7

274

249

Starlites

6

1

5

7

245

405

 





Leave a comment