Starlites jiftħu vantaġġ ta’ żewġ rebħiet

Tuesday, January 8, 2013, 8:34

minn Colin Schembri

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

 

Floriana 72

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 63

(22-17)(15-16)(26-10)(9-20)

 

Mellieħa vs Mtarfa

Mellieħa vs Mtarfa

Floriana kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat kontra Phoenix Qormi Żmerċ Pub 72-63 biex komplew javvanzaw fil-klassifika.  Għal Phoenix kien hemm id-debutt tal-Ungeriż Andres Toompere. Il-partita kellha bidu tajjeb tant li Phoenix marru 9-7 minn fuq wara trippli minn Antoine Costa. Rihards Polis ukoll kellhu trippla għal Floriana pero’ Phoenix żammew vantaġġ ta’ 5 punti 17-12.  Hawn ġiet run tajba ta’ 10-0 minn Floriana b’punti minn Omar Shamala u trippla ta’ Mark Pace biex temmew is-sessjoni minn fuq 22-17. It-tieni perjodu fetaħ bi trippla oħra ta’ Polis u wara iktar punti fuq kull naħa, Floriana żammew vantaġġ ta’ seba’ punti 31-24. Polis u Jeremy Curmi komplew jiskurjaw għal Floriana u għalkemm kien hemm trippla ta’ Clayton Camenzuli għal Phoenix, fl-intervall Floriana kienu 37-33 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet karaterizzata minn sensiela ta’ three pointers minn naħa ta’ Floriana. Beda Andrew Camilleri u komplew Curmi u Polis biex Floriana kabbru l-vantaġġ għal 12 –il punt 47-35. Wara punti ta’ Toompere, komplew ġejjin it-trippli ta’ Floriana f’run oħra ta’ 11-0 biex temmew is-sessjoni 63-43 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Phoenix tħabtu biex jerġgħu jidħlu fil-logħba b’run ta’ 13-2 b’żewġ trippli minn Costa. Pero’ Polis u Curmi kienu f’ġurnata tajba u komplew iwieġbu għal Floriana qabel ma Phoenix għalqu l-partita bi break ta’ 7-0 għal rebħa Furjaniża 72-63.

 

Floriana: S. Schembri, A. Baldacchino 9, R. Polis 20, J. Curmi 13, M. Pace 12, E. Farrugia 2, A. Pace 3, G. Cordina, A. Camilleri 3, O. Shamala 10.

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 9, G. Micallef 2, J. Vassallo 3, K. Azzopardi, D. Debattista, R. Curmi 1, T. Grech 10, K. Genovese 6, A. Costa 16, K. Vella 2, A. Toompere 14.

Referees: Gordon Barbara, Steve Gouder.

 

Siġġiewi 45

Starlites 68

(10-15)(14-13)(12-19)(9-19)

 

It-team ta’ Ray Muscat, Starlites kompla għaddej bir-riżultati posittivi u kisbu s-sitt rebħa tal-kampjonat. Huma għelbu lil Siġġiewi 68-45 biex temmew l-ewwel round fil-quċċata, bla telfa u b’żewġ rebħiet fuq l-istess Siġġiewi u Suns. Siġġiewi kienu mingħajr il-players barranin tagħhom Clement Kodomaris u Petar Vulovic fil-waqt li Jean Karl Khalil kien nieqes għal Starlites. Starlites bdew tajjeb ferm u għamlu run ta’ 12-2 fl-ewwel sitt minuti b’diversi punti ta’ Gabor Szokreny u Robert Loporto. Ir-reazzjoni ta’ Siġġiewi ġiet bi break  ta’ 8-0 pero’ Starlites temmew is-sessjoni 15-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu huma komplew iżidu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 7-0. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Graham Coleiro u trippla ta’ Glenn Gauchi Grech biex waslu sa basket ‘l bogħod 24-26. Fl-aħħar sekonda kien hemm trippla minn Saviour Bonnici biex Starlites daħlu jistrieħu 7 minn fuq 31-24.

Kellhom jagħddu 4 minuti fit-tielet sessjoni biex isiru l-ewwel punti meta Starlites għamlu run ta’ 7-1. Siġġiewi ġew lura u kellhom break ta’ 12-4 bi trippla ta’ Anthony Shoults u reġgħu waslu sa’ 6 punti viċin 36-42. Hawn Starlites reġgħu għamlu break ieħor ta’ 7-0 u fi tmiem is-sessjoni kienu 49-36 minn fuq. L-aħħar sforz ta’ Siġġiewi wassalhom sa’ 10 punti ‘l bogħod mill-avversarji 43-53. Dan pero’ ma kienx biżżejjed għalijhom hekk kif Starlites reġa’ kellhom żewġ breaks ta’ 7-0 u 8-0 biex għalqu l-partita fuq skor ta’ 68-45.

 

Siġġiewi: K. Borg 2, E. Vella, S, Mamo, G. Gauchi Grech 9, JP Antoncic 3, A. Borg, N. Falzon, A. Debattista, A. Cutajar 2, L. Grima 3, G. Coleiro 14, A. Shoults 7.

Starlites: G. Szokreny 12, R. Loporto 16, R. Bonnici 11, D. Deguara, S. Bonnici 10, D. Garcia 8, B. Soler 3, K. Galea, C. Doublet, A. Schembri, A. Cutajar, F. Bartolo 8.

Referees: Alfred Carbonaro, Steve Gouder.

 

Mellieħa Tritones 82

Miscela D’Oro Mtarfa 50

(20-11)(17-20)(19-10)(26-9)

 

Fil-partita li għalqet l-ewwel round, Mellieħa għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 82-50 biex kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat u baqgħu komdi f’nofs il-klassifika. Minn naħa tagħhom, Mtarfa b’team magħmul minn diversi żgħażagħ għadhom ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom. Wara li Mtarfa għamlu l-ewwel żewġ baskets, Mellieħa wieġbu b’run ta’ 12-0 bi trippla ta’ Matthew Cauchi. Ir-risposta ta’ Mtarfa ġiet minn Jarnis Viibe li kellhu wkoll trippla pero’ Mellieħa temmew is-sessjoni b’sitt punti mingħajr risposta għal skor ta’ 20-11. Fit-tieni perjodu, Mtarfa naqqsu d-distakk għal 5 punti hekk ki kellhom break qasir ta’ 6-0. Huma kellhom ukoll it-three pointers tal-aħwa Borg Jean Paul u Matthew pero’ Mellieħa reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Cauchi għal skor ta’ 37-31 fl-intervall.

Wara l-mistrieħ Mellieħa fetħu qawwi grazzi għal Samuel Aquilina li kien protagonist f’run ta’ 12-4. Paul Magro kellhu trippla dejjem favur Mellieħa b’JP Borg u Daryyl Schembri jwieġbu għal Mtarfa. Mellieħa kien għad kellhom vantaġġ ta’ 15 –il punt kif bdiet ir-raba u l-aħħar taqsima u kabbru l-vantaġġ b’punti konsekuttivi ta’ Joshua Aquilina. Huma għamlu run qawwija ta’ 15-2 biex temmew kull tama ta’ Mtarfa li jieħdu xi ħaġa minn din il-partita. Lejn it-tmiem kien hemm ukoll trippla ta’ Oliver Sammut flimkien ma’ basket taż-żagħżugħ Iman Cutajar biex Mellieħa rebħu l-partita 82-50.

 

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 13, C. Bugeja, S. Aquilina 14, B. Borg 4, P. Magro 3, O. Sammut 14, J. Aquilina 21, E. Cutajar 2, M. Borg Anastasi 11, I. Curmi.

Miscela D’Oro Mtarfa: A. Psaila 2, J. Attard 1, C. Calleja 3, JP Borg 5, N. Grech 6, D. Farrugia, M. Borg 12, J. Viibe 9, D. Schembri 6, M. Agius 6.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile

 

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Starlites

6

6

0

12

Siġġiewi

6

4

2

10

St.Nicholas Suns

6

4

2

10

Mellieħa Tritones

6

3

3

9

Floriana

6

3

3

9

PhoenixQormi Żmerċ Pub

6

1

5

7

Miscela D’Oro Mtarfa

6

0

6

6

 





Leave a comment