Starlites jieħdu r-rebħa li kellhom bżonn

Monday, March 20, 2017, 12:08

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 47

Gżira Athleta 54

(10-14)(3-20)(20-11)(14-9)

Gżira Athleta komplew jittamaw li jispiċċaw l-ewwel fażi fl-ewwel post meta f’konfront dirett għelbu lil Caffè Moak Luxol 54-47 u jekk jerbħu l-aħħar partita kontra Starlites ikunu huma li jtemmu fil-quċċata qabel il-play-offs. Steffi De Martino għal darb’oħra kienet nieqsa għal Luxol fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Milica Stefanovic però rkupraw lil Beverlee Zammit. Fil-ftuħ tal-partita ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin qabel ma Athleta kellhom run ta’ 8-2 bil-punti ta’ Christina Grima u Amelia Simmons biex temmew l-ewwel taqsima 14-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Luxol sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti tant li kellhom biss 3 free-throws. Minn naħa l-oħra Athleta żiedu l-vantaġġ b’sensiela ta’ three pointers minn Leanne Sciberras, Antoinette Borg, Zammit u Grima u sal-intervall fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 34-13.

Luxol irkupraw fil-bidu tat-tielet taqsima meta ħarġu iktar agressivi u bdew b’rin ta’ 9-2 minn Sarah Pace u Martina Darmanin. Athleta wieġbu bi trippla oħra ta’ Borg flimkien ma’ Grima u Simmons però Luxol kellhom run oħra ta’ 9-0 biex naqqsu d-distakk għal 12 –il punt 33-45. Fl-aħħar sessjoni Athleta reġgħu żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Denise Said Hollier iżda Luxol għamlu sforz ieħor bil-punti ta’ Christina Curmu u trippla ta’ Paula Ellul u waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod 43-48. Wara time-out, Athleta reġgħu rkupraw bil-punti ta’ Sciberras, Simmons u Zammit u għalkemm kienu Luxol li għalqu l-partita bl-aħħar erba’ punti, Athleta ħarġu rebbieħa 54-47.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, M. Mercieca 7, A. Munir 14, I. Baena Medina, K. Portelli, C. Sollami, P. Ellul 6, L. Caruana Montaldo, M. Darmanin 6, C. Curmi 7.

Gżira Athleta: C. Grima 17, B. Zammit 5, L. Sciberras 5, A. Simmons 16, D. Said Hollier 3, A. Borg 8, J. Schembri, S. Vella, A. Debonay, C. Mifsud.

Referees: Bernard Vassallo, Christine Farrugia, Ivica Simic.

Starlites 72

Hibs 68

(12-16)(16-24)(14-10)(22-14)(8-4)

Starlites kisbu r-rebħa li kellhom bżonn kontra Hibernians biex aċċertaw ruħhom minn post fil-play-offs għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Hibs tħabtu kemm felħu biex jieħdu r-rebħa u sa’ ftit sekondi mit-tmiem kienu għadhom minn fuq però trippla ta’ Patricia Arguello sfurzat il-ħin barrani fejn hawn kienu Startlites li ħadu r-rebħa. Għal Starlites Danielle Agius, Emma Magrin u Stephanie Davies għadhom nieqsa però kellhom ir-ritorn importanti ta’ Josephine Grima u Adriana Lupo. Hibs reġgħu kienu mingħajr Maria Said u Nicole Vella. Wara li Starlites marru fuq quddiem bi trippla ta’ Jean Doughty, Hibs wieġbu b’run tajba ta’ 10-0 bil-punti ta’ Silvia Gambino u Trudy Armstead. Starlites kellhom il-punti ta’ Kristy Galea u Grima però Hibs temmew il-perjodu 16-12 minn fuq. Fit-tieni taqsima il-logħob kien maqsum għal ħin twil biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin. Kien biss fl-aħħar ħinijiet li Hibs għamlu break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Ema Micallef biex daħlu jistrieħu 40-28 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Starlites bdew inaqqru l-vantaġġ tal-Pawlisti wara ħames punti mingħajr risposta. Hibs wieġbu b’baskets ta’ Kim Portainer Mifsud u Armstead però Starlites kisbu seba’ punti oħra u waslu sa’ 5 punti minn taħt. Hibs għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Portainer Mifsud u kienu għadhom 8 minn fuq għall-aħħar sessjoni 50-42. Hibs komplew ikabbru l-vantaġġ bi trippla ta’ Elena Cassar 54-42. Starlites ma ċedewx u ħasdu lil Hibs b’run ta’ 13-0 bil-punti ta’ Arguello li kellha wkoll trippla u marru minn fuq. Hibs irkupraw bi trippla oħra ta’ Micallef u punti minn Armstead. Fl-aħħar 15 –il sekonda, Hibs kienu għadhhom tlett punti minn fuq però steal ta’ Galea li qassmet il-ballun lejn Arguello issarfet fi three pointer tal-player Spanjola biex il-partita marret għal ħin barrani fuq skor ta’ 64-64. Starlites bdew il-ħin barrani b’sitt punti mingħajr risposta minn Arguello, Kim Pirotta u Samantha Farrugia. Hibs wieġbu b’basket ta’ Cassar u free-throws ta’ Julia Scerri però basket ta’ Galea għalaq il-partita fuq skor ta’ 72-68 biex Starlites iċċelebraw il-kwalifikazzjoni għall-play-offs.

Starlites: K. Galea 12, J. Doughty 3, S. Farrugia 6, K. Pirotta 4, J. Micallef 11, J. Grima 10, P. Arguello 24, A. Lupo.

Hibs: E. Micallef 6, E. Cassar 9, S. Gambino 7, I. Agius 1, K. Caruana, K. Portainer Mifsud 5, N. Farrugia, T. Armstead 28, J. Scerri 12.

Referees: Bernard Vassallo, Christine Farrugia, Ivica Simic. 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

12

9

3

21

714

663

Gżira Athleta

11

8

3

19

679

633

Starlites

11

5

6

16

590

612

Depiro

11

4

7

15

594

626

Hibs

11

2

9

13

620

663

 

Ritratti: Wally Galea





Leave a comment