Starlites jibdew il-kampjonat b’rebħa

Wednesday, December 21, 2016, 16:43

Kampjonat MSV Life – Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 54

Starlites 56

(14-11)(12-14)(4-17)(21-14)

Starlites finalment għamlu d-debutt tagħhom fil-kampjonat u ġimgħa wara li eleminaw lil Depiro mit-tazza Louis Borg, għelbuhom ukoll fil-kampjonat biex it-team tal-Imtarfa għadu jfittex l-ewwel rebħa tal-kampjonat. Depiro wara t-tluq ta’ Shameeka Murray għadhom mingħajr player barranija u dan qiegħed jirrefletti fir-riżultati fejn issa ilhom mingħajr rebħa għal dawn l-aħħar sitt partiti wara bidu nkoraġġanti. Il-partita kellha bidu bilanċjat bid-Depiro jmorru fuq quddiem bil-punti ta’ Maria Bonett. Sarlites kellhom il-baskets minn Samantha Farrugia u Adriana Lupo fost l-oħrajn però Depiro kellhom vantaġġ ta’ 3 punti fi tmiem l-ewwel taqsima 14-11. Depiro kabbru l-vantġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni wara punti minn Claire Ciantar u Nicole Agius. Hawn Starlites kellhom it-three pointers ta’ Patricia Arguello biex maru fuq quddiem però pronta kienet ir-risposta ta’ Depiro kienet immedjeta fejn wieġbu b’run ta 9-0 b’żewġ trippli ta’ Sam Brincat u Agius biex reġgħu marru 8 minn fuq. Għal darb’oħra Starlites wieġbu bi trippla oħra ta’ Arguello flimkien ma’ Josephine Grima u Farrugia biex fl-intervall naqqsu d-distakk għal punt 26-25.

It-tielet taqsima fetħet b’aktar three pointers fuq iż-żewġ naħat u Starlites komplew b’run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Grima biex fetħu vantaġġ ta’ 9 punti fi tmiem is-sessjoni 42-33. Il-vantaġġ ta’ Starlites kompla jikber fil-ftuħ tal-aħħar taqsima wara trippla oħra minn Grima u l-punti ta’ Stephanie Davies, Kristy Galea u Arguello. Depiro ppruvaw jirkupraw meta għamlu run ta’ 14-2 bi trippli ta’ Gaby Mifsud u Brincat u punti ta’ Claire Ciantar. Huma waslu sa’ basket ‘l bogħod però l-ħin kien kontrijhom biex Starlites ħadu r-rebħa 56-54.

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 3, M. Balzaraviciute, S. Brincat 14, M. Bonett 19, N. Agius 5, M. Scicluna 1, H. Acreman 2, T. De Martino, C. Ciantar 10.

Starlites: D. Revol, K. Galea 2, J. Doughty, S. Farrugia 10, K. Pirotta 2, J. Grima 17, P. Arguello 17, E. Magrin 2, S. Davies 3, A. Lupo 2.

Referees: Stephen Micallef, Igor Marjanovic.

Hibs 55

Caffè Moak Luxol 49

(16-4)(11-12)(19-12)(9-21)

Ic-champions Caffè Moak Luxol kellhom bidu diżastruż u minkejja li lejn tmiem il-partita ppruvaw iwettqu rimonta, ma rnexxielhomx isalvaw il-partita, biex sofrew l-ewwel telfa tal-kampjonat. Għal Hibs wara t-telfa fl-ewwel ħarġa tagħhom kontra Gżira Athleta, din kienet l-ewwel rebħa fil-kampjonat. Luxol kienu mingħajr Steffi De Martini b’postha tieħdu Monique Caruana. Hibs bdew bl-ewwel tmien punti tal-partita bl-ewwel baskets mill-Amerikana Trudy Armstead. Hawn waslu l-uniċi żewġ baskets tal-Luxol f’din it-taqsima minn Sarah Pace u Mandi Mercieca biex Hibs komplew bi tmien punti oħra għal skor ta’ 16-4. Fit-tieni sessjoni Hibs kellhom trippla ta’ Elena Cassar biex żiedu l-vantaġġ qabel ma Luxol naqqsu d-distakk b’ħames punti konsekuttivi. Hibs irnexxielhom iżidu d-distakk għal 15 –il punt bil-baskets ta’ Armstead, Maria Said u Julia Scerri bic-champions iwieġbu b’żewġ baskets tal-Kanadiża Lyndsey Lessard għal skor ta’ 27-16.

Il-punti naqsu xi ftit fil-ftuħ tat-tielet taqsima hekk kif iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin. Hibs kellhom run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ Silvia Gambino biex temmew il-perjodu 46-28 minn fuq. L-aħħar taqsima fetħet bi break tajjeb minn Luxol hekk kif huma kellhom run ta’ 15-2 u f’daqqa waħda naqqsu d-distakk għal sitt punti 43-49. Ħames punti minn Armstead taw ftit tan-nifs lil Hibs però Luxol wieġbu b’żewġ trippli ta’ Sarah Pace. Dawn però kienu l-aħħar punti tagħhom għaliex il-partita ntemmet b’rebħa għal Hibs 55-49.

 

Hibs: E. Cassar 7, S. Gambino 7, I. Agius 2, M. Said 7, N. Vella, K. Portainer Mifsud, N. Farrugia 3, T. Armstead 19, J. Scerri 10.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 10, B. Zammit, M. Mercieca 9, I. Baena Medina, M. Darmanin 8, M. Caruana 2, K. Portelli, A. Calleja, P. Ellul 1, N. Vella, L. Lessard 21, C. Curmi 6.

Referees: Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment