Starlites jerbħu t-tieni konfront dirett

Monday, January 20, 2020, 21:39

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Starlites GIG 59

Hibernians 50

(14-18)(13-11)(10-12)(22-9)

Fit-tieni konfront dirett bejniethom fil-kampjonat u d-disa’ wieħed tal-istaġun, Starlites GIG għelbu lil Hibernians 59-50 u bis-saħħa tad-differenza tal-punti fil-konfront dirett qabżuhom fil-klassifika. Hibs m’għarfux jikkontrollaw il-vantaġġi li kellhom tul il-partita u meta sabu ruħhom minn taħt fl-aħħar sessjoni ma rnexxielhomx jerġgħu jirkupraw. Leanne Duncan kienet nieqsa għal Hibs fil-waqt li Starlites kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin fejn wara trippla ta’ Jasmine Abela għal Hibs, Starlites kellhom il-punti ta’ Maria Bonett biex marru 7-5 minn fuq. Hibs kellhom mument tajjeb b’run ta’ 9-0 u minkejja li Bonett u Adriana Lupo wieġbu għal Starlites, Hibs baqgħu fuq quddiem 18-14. It-tieni sessjoni kienet prattikament maqsuma fi tnejn. L-ewwel bdew Starlites bi 13 -il punt mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Steffi De Martino u l-baskets ta’ Stephanie Davies u Mikela Riolo biex qalbu l-iskor 27-18 favurhom. Hawn waqfu l-punti ta’ Starlites u bdew ġejjin tal-Hibs kollha minn Amelia Simmons u Ashleigh Van Vliet li bejniethom għamlu 11 -il punti mingħajr risposta u daħlu jistrieħu 29-27 minn fuq.

Wara l-intervall Patricia Arguello ppareġjat però Hibs kellhom break ieħor qasir ta’ 7-0 li għalquh bi trippla ta’ Sam Brincat. Starlites wieġbu bi trippla ta’ Anthea Micallef u l-punti ta’ Davies u Bonett però three pointer ta’ Van Vliet ħalla lil Hibs 41-37 minn fuq fi tmiem it-taqsima. Fl-aħħar perjodu Starlites kellhom l-aħjar bidu u basket u trippla minn Arguello poġġewhom fuq quddiem. Għalkemm il-Pawlisti kellhom risposta minn Simmons, Starlites għamlu run ta’ 8-0 bi trippli minn Arguello u De Martino u marru minn fuq 50-43. Hibs ma rnexxielhomx jerġgħu jirkupraw u kienu Starlites li għalqu l-partita bil-punti ta’ Arguello u De Martino u ħarġu rebbieħa 59-50.

Starlites Gig: M. Zammit Cordina 3, M. Riolo 2, A. Micallef 3, S. Farrugia, M. Bonett 14, S. De Martino 15, C. Curmi 4, P. Arguello 10, M. Cutajar, S. Davies 6, A. Lupo 2.

 

Hibernians: I. Agius 3, Y. Bonett 6, A. Van Vliet 13, S. Brincat 3, J. Dabic, J. Abela 5, C. Camilleri, A. Simmons 15, N. Farrugia 1, K. Calleja, K. Caruana 4, M. Buhagiar.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak, Vladimir Nikolic

Luxol 71

ARMS Depiro 86

(14-21)(16-21)(18-25)(23-19)

B’wirja mill-aqwa tal-Amerikana Hannah Johnson li donnha tħalli

Ritratt: Wally Galea

l-aħjar tagħha kontra Luxol, Depiro kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat 86-71. Johnson, friska mis-suċċess fil-Bank of Valletta player tax-xahar ta’ Diċembru spiċċat il-partita b’47 punt u kienet ta dannu kontinwu għad-difiża tal-Luxol. Depiro fetħu tajjeb propju bil-punti ta’ Johnson u trippla ta’ Denise Said Hollier. Luxol wieġbu permezz ta’ Sarah Pace u Zane Nailande biex naqqsu d-distakk għal 3 punti però punti ta’ Martina Scicluna u Johnson raw lil Depiro jtemmu s-sessjoni 21-14 minn fuq. Fit-tieni taqsima Luxol resqu viċin wara trippla ta’ Pace. Depiro komplew b’seba’ punti mingħajr risposta nkluż trippla ta’ Nicole Agius qabel ma kien hemm sensiela ta’ punti fuq kull naħa li ħallew lil Depiro b’vantaġġ ta’ 12 -il punt fil-half-time 42-30.

Wara l-intervall Luxol bdew b’ħames punti bi trippla ta’ Monique Caruana. Depiro malajr wieġbu b’run ta’ 11-2 bil-punti ta’ Johnson u Julia Scerri. Luxol waqqfuhom bi trippla ta’ Pace però l-punti minn Johnson komplew ġejjin b’mod regolari u Depiro temmew il-perjodu 67-48 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Luxol reġgħu naqqsu d-distakk wara trippli minn Beverlee Zammit u Caruana. Depiro rrispondew pemezz ta’ Johnson u Agius biex żammew vantaġġ komdu ta’ 21 punt 79-58. Luxol kellhom aktar trippli minn Zammit u Pace però servew biss biex inaqqsu d-distakk hekk kif Depiro rebħu l-partita 86-71.

Luxol: S. Pace 24, M. Caruana 17, Ni. Vella, C. Sollami, No. Vella, S. Vella 8, K. Portelli, A. Borg 1, B. Zammit 9, J. Schembri, L. Caruana Montaldo, Z. Neilande 12.

 

ARMS Depiro: No. Agius, N.Borg, Ni. Agius 8, F. Mifsud, J. Borg 2, D. Said Hollier 3, M. Scicluna 7, J. Scerri 4, C. Ciantar 13, N. Hili 2, H. Johnson 47.

Referees: Kamil Dworniczak, Alysol Andaya, Sejmir Tafilika

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites GIG

6

5

1

11

445

339

Hiberians

6

5

1

11

405

345

Luxol

6

1

5

7

361

440

ARMS Depiro

6

1

5

7

378

465

 





Leave a comment