Starlites jerbħu l-konfront dirett wara l-ħin barrani

Monday, December 7, 2015, 18:09

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Frank Salt 47

St. Nicholas Suns 73

(6-27)(14-17)(17-16)(10-13)

St. Nicholas Suns kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Phoenix Frank Salt 73-47 b’dawn tal-aħħar jieħdu r-raba’ telfa tagħhom. Għal Phoenix irritorna Darren Debattista però reġa’ kien nieqes Joshua Anastasi fil-waqt li Suns irkupraw lil Louis Camilleri fil-waqt li kienu mingħajr Brent Liebe. Suns kellhom bidu mill-aqwa tal-partita u l-vantaġġ qawwi li ħadu fl-ewwel sessjoni kien biżżejjed biex jikkontrollaw il-partita sat-tmiem. Suns marru 15-0 minn fuq hekk kif Phoenix ma setgħux isibu l-basket u Suns kellhom il-punti ta’ Hubert Agius u Roberto Alosco bi trippla. Phoenix finalment wieġbu b’basket minn Andras Toompere però Suns komlew jagħfsu bi break ieħor ta’ 12-2 b’aktar three pointers minn Louis Camilleri u Agius. Phoenix kellhom żewġ baskets minn Jonathan Ransley għal skor ta’ 27-6. It-tieni taqsima fetħet bi trippla fuq kull naħa u wara punti ta’ Camilleri u Agius għal Suns, Karl Borg kellhu trippla għal Suns. Iż-żewġ timijiet komplew iwieġbu lil xulxin iżda qabel l-intervall Suns reġgħu għamlu run ta’ 7-2 b’żewġ baskets ta’ Keith Scicluna bies daħlu jistrieħu fuq quddiem 44-20.

Wara l-intervall Phoenix tħabtu biex inaqqsu d-distakk u bdew b’run ta’ 9-3 bi trippla oħra ta’ Borg. Suns irrispondew bil-punti ta’ Camilleri però l-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat u Suns baqgħu 20 min fuq 55-35. Qabel intemmet is-sessjoni kien hemm il-punti ta’ Alosco għal Suns li bdew l-aħħar taqsima 23 punt minn fuq 60-37. Fl-aħħar sessjoni r-riżultat kien aċċertat u l-partita kompliet b’inqas punti fuq iż-żewġ naħat biex Suns ħadu l-ewwel rebħa 73-47.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 3, G. Micallef 3, D. Pisani 5, R. Curmi 4, D. Debattista, C. Camenzuli 2, K.Borg 8, M. Vucinic 2, C. Briffa, A. Costa, J. Ransley 7, A. Toompere 17.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar, S. Borg 4, K. Scicluna 6, L. Camilleri 13, H. Agius 11, M. Barberi 14, J.P. Antoncic 5, R. Alosco 15, R. Camilleri, R. Camilleri, S. Cauchi 5.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Starlites 74

Mellieħa Mr. Green 67

(26-17)(16-15)(8-10)(16-24)(8-1)

Starlites telgħu waħedhom f’ras il-klassifika meta għelbu lil Mellieħa Mr. Green 74-67 f’partita mill-isbaħ. Iż-żewġ timijiet offrew basketball sabiħ u l-isforz finali ta’ Mellieħa fl-aħħar ftit sekondi wassalhom biex jisfurzaw il-ħin barrani. Mellieħa kellhom nieqes lil Michel Farrugia però rkupraw lit-Taljan Daniele Miani. Starlites kellhom l-aħjar bidu u marru 11-2 minn fuq bi trippla ta’ Ivan Mitrovic flimkien mal-punti ta’ Alec Felice Pace u Miguel Falzon. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Steve Sammut u Robert Loporto però Starlites kabbru l-vantaġġ wara punti konsekuttivi minn Thomas Grech fosthom trippla. Anthony Schembri u Mitrovic kabbrulhom il-vantaġġ għal 13 –il punt 26-13 però Mellieħa wieġbu bi trippla minn Sammut għal skor ta’ 26-17. Starlites reġgħu fetħu qawwi fit-tieni perjodu u għamlu run ta’ 12-2 b’aktar punti minn Mitrovic u Jacob Formosa. Hawn Mellieħa ġew f’tagħhom u kien imiss lilhom li jagħmlu run ta’ 13-0 b’aktar punti minn Sammut u Loporto biex naqqsu d-distakk għal sitt punti 32-38. Qabel l-intervall, Starlites kisbu 4 punti oħra minn Mitrovic u Clive Schembri biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 42-32.

Fit-tielet taqsima, Mellieħa reġgħu naqqsu d-distakk wara baskets minn Emanuel Lupo u Matthew Cauchi. Falzon u A. Schembri bi trippla wieġbu għal Starlites b’Mellieħa jagħmlu tlett baskets konsekuttivi għal skor ta’ 50-42. Fl-aħħar taqsima Mellieħa waslu sa’ punt ‘l bogħod 51-52 wara trippla minn Sammut. Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Falzon iżda Mellieħa rnexxielhom imorru għall-ewwel darba minn fuq wara punti minn Bernard Soler u Loporto. Starlites wieġbu b’run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Mitrovic. Huma dehru resqin lejn ir-rebħa però żball fl-aħħar attakk tagħhom wara trippla ta’ Sammut raw lil Mellieħa jġibu l-iskor indaqs 66-66 b’żewġ sekondi mit-tmiem. Il-partita kellha tmur għall-ħin barrani però hawn Mellieħa għamlu biss punt minn Miani. Dan iżda wasal wara 8 punti minn Starlites minn Schembri, Felice Pace u Mitrovic biex Starlites ħadu r-rebħa 74-67.

Starlites: A. Schembri 13, C. Doublet, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri 2, M. Falzon 9, A. Felice Pace 5, I. Mitrovic 29, J. Formosa 10, O. Psaila, A. Cutajar, T. Grech 6.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 10, S. Sammut 23, I. Terribile 2, R. Loporto 20, B. Aquilina 1, D. Miani 1, E. Lupo 4, M. Cauchi 4, B. Soler 2, P. Magro.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

3

3

0

6

226

184

Mellieħa Mr. Green

3

2

1

5

230

189

Phoenix Frank Salt

4

1

3

5

246

301

Athleta

3

1

2

4

166

190

St. Nicholas Suns

3

1

2

4

175

179





Leave a comment