Starlites jeleminaw lic-champions…jikkwalifikaw ukoll Athleta u Depiro

Monday, December 10, 2018, 17:35

Tazza Louis Borg Irġiel

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 106

Balkan Fusion 73

(23-13)(30-19)(26-15)(27-26)

Gżira Athleta għamlu ċert mill-kwalifikazzjoni sa’ mill-ewwel partita meta huma kisbu rebħa kbira kontra Balkan Fusion 106-73. Balkan kellhom biss sitt players għal din il-partita hekk kif Nikola Andrejevic se jkompli l-istudji tiegħhu barra mill-pajjiż u Dalibor Micic kien nieqes ukoll. Fl-ewwel ħinijiet Balkan żammew il-pass mall-avversarji speċjalment permezz tal-punti ta’ Nikola Bozovic  però lejn tmiem it-taqsima, Athleta kellhom run ta’ 11-2 fosthom l-ewwel trippla minn sitta ta’ Ivan Mitrovic  flimkien mal-punti tal-Amerikani Carson Shanks u Vincent Pace. Balkan wieġbu bil-punti ta’ Nikola Vasovic però Athleta kienu 10 minn fuq fi timiem is-sessjoni 23-13. Fit-tieni taqsima Athleta komplew iżidu l-vantaġġ meta għamlu run oħra ta’ 12-4 fejn daħal aktar fix-xena t-tielet Amerikan tagħhom Kwame Thompson flimkien ma’ Shanks u Pace b’dan tal-aħħar jagħlaq bi three pointer. Wara risposta ta’ Balkan permezz ta’ Bozovic, Athleta kellhom trippla ta’ Luca Stefanovic flimien mal-punti ta’ Nathan Xuereb u Thompson biex daħlu jistrieħu 53-32 minn fuq.

Wara l-intervall kien hemm punti fuq iż-żewġ naħat biex il-vantaġġ tal-Athleta baqa’ ta’ 17 –il punt. Hawn però Athleta għamlu run oħra ta’ 14-0 kważi kollha minn Thompson flimkien ma’ baskets ta’ Mitrovic u Matthew Gouder. Wara li Vasovic waqqfilhom ir-run, bdew ġejjin it-three pointers ta’ Mitrovic għal skor ta’ 79-47. Fl-aħħar sessjoni Mitrovic kompla bi tlett three pointers oħra flimkien ma’ punti minn Stefanovic, Gouder u Miguel Caruana Montaldo. Athleta għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Alex Perunicic u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 106-73.

Gżira Athleta: M. Gauchi Montaldo 6, P. Shoults 2, L. Stefanovic 9, A. Perunicic 9, N. Xuereb 12, M. Gouder 3, K. Thompson 20, V. Pace 13, I. Mitrovic 20, C. Shanks 12.

 

Balkan Fusion: N. Bozovic 27, N. Vasovic 25,   P. Walk 11, A. Schembri 4, N. Kovacevic 6, J. Caruana.

Referees: Bernard Vassallo, Daniella Torok, Charles Pollet.

Balkan Fusion 51

Gżira Athleta 110

(2-31)(21-21)(15-32)(13-26)

B’vantaġġ ta’ 33 punt ma kienx hemm dubju dwar din il-partita u dan kompla jitneħħa hekk kif Balkan kellhom biss ħames players għalkemm aktar ‘l quddiem żdied player ieħor. Hemm bżonn ta’ intervent biex din is-sitwazzjoni titranġa għax mhux aċċettabli li jkollok dawn it-tip ta’ partiti fl-għola livell tal-basketball lokali b’team li jinżel għal-logħob b’ħames jew sitt players. Intant Athleta rebħu din il-partita bi skor ikbar mill-ewwel waħda, 110-51 biex għaddew għas-semifinali fuq aggregate ta’ 216-124. Athleta kienu dominanti tul il-partita kollha fejn fl-ewwel taqsima ħallew lil Balkani fuq basket wieħed biss bil-coach Dimitrijevic idawwar il-players kollha. Qabel l-uniku basket tal-Balkani li wasal minn James Caruana, Athleta kienu diġa għamlu 22 punt fosthom trippli minn Vincent Pace u Kwame Thomspson flimkien mal-baskets ta’ Matthew Gouder għal skor ta’ 31-2. Fit-tieni perjodu daħal Nikola Bozovic u Balkan tejbu xi ftit l-attakk tagħhom hekk kif kellhom ukoll diversi punti minn Nikola Vasovic. Athleta għalqu s-sessjoni bil-punti konsekuttivi ta’ Luca Stefanovic u Alex Perunicic għal skor ta’ 52-23.

Fit-tielet taqsima, Athleta komplew id-dominu tagħhom fejn kellhom ukoll it-trippli ta’ Pace u Gouder flimkien ma’ run oħra ta’ 15-2 għal skor ta’ 84-38. Fl-aħħar taqsima għal darb’oħra b’ħames players differenti fuq il-court, Athleta fetħu bi break ta’ 9-2 bil-punit ta’ Ivan Mitrovic. Balkan kellhom risposta permezz ta’ Patrick Walk qabel ma Athleta għalqu l-partita b’run oħra ta’ 15-3 li fiha għaqqdu l-mitt punt permezz ta’ basket ta’ Perunicic għal skor finali ta’ 110-51.

Balkan Fusion: N. Bozovic 4, N. Vasovic 21,   P. Walk 18, A. Schembri 2, N. Kovacevic 4, J. Caruana 2.

 

Gżira Athleta: M. Gauchi Montaldo, L. Stefanovic 16, A. Perunicic 9, N. Xuereb 19, M. Gouder 22, K. Thompson 14, V. Pace 15, I. Mitrovic 7, C. Shanks 8.

Referees: Nicky Azzopardi, Daniella Torok, Charles Pollet.

Starlites GIG 78

Hibernians 80

(15-21)(22-15)(26-15)(15-29)

Bil-maqlub tal-partita ta’ qabilha, din il-kwarti tal-finali kienet ferm missielta u r-riżultat aħħari tal-ewwel leg ħalla kollox miftuħ għat-tieni partita. Konfront li offra minn kollox biż-żewġ timijiet jikkonfermaw il-potenzjal tagħhom u jerġgħu joffru partita missielta għalkemm kien hemm ukoll protesti fuq xi deċiżjonijiet tal-uffiċjali bil-coach tal-Hibs Mario Tabone jitkeċċa fuq protesti wara t-tielet technical foul fuq il-bank. Iżda din l-azzjoni wasslet biex ic-champions jibdew ir-rimonta tagħhom li rathom joħorġu rebbieħa b’distakk ta’ basket 80-78. Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 5-2 u għalkemm Starlites ġew lura bi trippla ta’ Joe Tagarelli, reġgħu kienu Hibs li kellhom il-punti ta’ Luca Tardito u trippla ta’ Alvaro Lizaur biex marru fuq quddiem 14-7. Hawn Starlites kellhom run ta’ 8-0 b’punti ta’ Cameron Ward però kienu Hibs li kellhom l-aħjar tmiem ghaliex għamlu seba’ punti mingħajr risposta għal skor ta’ 21-15. Fit-tieni perjodu Starlites kellhom il-punti ta’ Andrew Sears però Hibs żammew il-vantaġġ hekk kif kellhom risposta permezz ta’ Chad Cuschieri Patus u Ivan Demcesen. Trippla ta’ Robert Bonnici ressqet lil Starlites sa’ punt ‘l bogħod u wara risposta minn Marco Matijevic, Starlites għalqu s-sessjoni b’sitt punti konsekuttivi biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 37-36.

Fit-tielet taqsima c-champions reġgħu ħadu l-vantaġġ wara trippla oħra ta’ Patus u l-punti ta’ Lizaur. It-tweġiba ta’ Starlites ġiet bi break solidu ta’ 12-2, minn Jordan Stotts flimkien ma’ Ward. Hibs waqqfuhom bi trippla oħra ta’ Patus, iżda Starlites sa tmiem is-sessjoni għamlu run oħra ta ’10-2 li tathom vantaġġ ta’ 63-51. Starlites fetħu l-aħħar sessjoni bi trippla ta’ Alec Felice Pace u hawn fejn Hibs tilfu lil coach Tabone. Hibs wettqu reazzjoni rabjuża u għamlu run ta’ 11-0 bejn Patus u Matijevic li poġġiethom basket taħt l-avversarji 66-64. Starlites ħadu ftit tan-nifs bil-baskets ta’ Stotts u u Sears però Hibs irrispondew bi break ieħor ta’ 11-3. Fl-aħħar sekoni Ward poġġa lil Starlites fuq quddiem iżda fl-aħħar pussess Tardito għamel basket u free-throw li reġa’ dawwar ir-riżultat favur Hibs li ħarġu rebbieħa 80-78.

Starlites Gig: O. Psaila, N. Formosa 5, R. Bonnici 3, C. Ward 20, M. Falzon, A. Felice Pace 3, R. Carabott, M. Scerri, A. Sears 20, J. Tagarelli 8, J. Scotts 19.

 

Hibs: R. Vella, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia, M. Formosa, I. Bonett, L. Tardito 19, A. Axiaq 5, M. Matijevic 7, A. Lizaur 8, I. Demcesen 18, C. Cuschieri Patus 23.

Referees: Bernard Vassallo, Daniella Torok, Malek Hraisha.

Hibernians 75

Starlites GIG 87

(15-24)(21-19)(19-17)(20-27)

Fil-partita ta’ ritorn Starlites dawwru r-riżultat u b’rebħa ta’ 12 –il punt

Ritratt: Wally Galea

għaddew għas-semifinali b’aggregate ta’ 165-155. Hibs kellhom jagħddu mingħajr Marco Matijevic għal din il-partita. Starlites fetħu bi break ta’ 10-3 bi three pointers minn Robert Bonnici u Cameron Ward. Hibs ukoll kellhom it-three pointers ta’ Chad Cuschieri Patus u Alvaro Lizaur qabel ma Starlites reġgħu għamlu run ta’ 7-0 u għalqu l-ewwel sessjoni 24-15 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs ġew lura naqqsu d-distakk bi three pointer ieħor ta’ Patus f’run ta’ 10-3 li wasslithom sa’ basket ‘l bogħod. Starlites irrispondew bil-punti ta’ Stotts bil-Hibs jerġgħu jiġru wara r-riżultat u jnaqqsu l-iżvantaġġ għal 3 punti. Qabel il-mistrieħ Starlites ikkonvertew l-aħħar attakki tagħhom f’sitt punti minn trippli ta’ Felice Pace u Ward għal skor ta’ 43-36.

Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet baqgħu viċin ta’ xulxin għal ħin twil għalkemm Starlites dejjem baqgħu minn fuq. Huma kellhom it-trippli minn Robert Bonnici, Nick Formosa u Ward għalkemm Hibs wieġbu permezz ta’ Luca Tardito u Patus. Lizaur ukoll għamel trippla għac-champions b’Ward jibqa jkun ta’ xewka għad-difiża avversarja hekk kif Starlites temmew it-taqsima 60-55 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kien hemm mument tajjeb għal Starlites permezz ta’ Ward u Felice Pace li rawhom imorru 11 minn fuq 80-69. Patus kompla jitħabat għal Hibs però l-isforzi tiegħu ma servewx hekk kif Starlites ħarġu rebbieħa 87-75 biex eleminaw lil holders ta’ din il-kompetizzjoni.

Hibs: R. Vella 3, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 2, M. Formosa, I. Bonett, L. Tardito 17, A. Axiaq 6, A. Lizaur 13, I. Demcesen 4, C. Cuschieri Patus 30.

 

Starlites Gig: O. Psaila, N. Formosa 7, R. Bonnici 6, C. Ward 31, M. Falzon, A. Felice Pace 21, R. Carabott, M. Scerri, A. Sears 4, J. Tagarelli 8, J. Scotts 10.

Referees: Bernard Vassallo, Ivica Simic, Tuomas Mantere

Bupa Luxol 89

 

Depiro 82

(17-12)(29-24)(22-27)(21-19)

It-tielet kwarti tal-finali laqqgħat kontra xulxin lil Bupa Luxol u Depiro bit-team tad-Depiro jfittxu l-ewwel rebħa fuq l-avversarji dan l-istaġun. Dan ma rnexxiex lanqas f’din il-partita hekk kif Luxol rebħu l-konfront 89-82 biex ħadu vantaġġ ta’ seba’ punti għat-tieni leg. Depiro fetħu tajjeb u marru 8-2 minn fuq bil-punti ta’ Trent Steen u Jack Nygaard. Luxol irrispondew bi break ta’ 14-2 b’żewġ trippli ta’ Vukassin Jandric flimkien ma’ Filip Sekulic u Willam Ahlberg biex temmew l-ewwel taqsima fuq quddiem 17-12. Fit-tieni perjodu kienu Luxol li komplew iżidu l-vantaġġ hekk kif kellhom bidu tajjeb b’run oħra ta’ 13-4 bi trippla ta’ Sekulic u fetħu distakk ta’ 14 –il punt 30-16. Depiro rrispondew bil-punti tal-Amerikani Steen u Keshaun Hamilton u t-trippli ta’ Andrew Aquilina u Nicholas Grech. Il-punti ta’ Luxol komplew ġejjin minn Jandric li kellhu trippla oħra flimkien ma’ Sekulic u Jandric għal skor ta’ 46-36.

It-tielet sessjoni fetħet b’żewġ three pointers fuq kull naħa bid-Depiro jkomplu b’run ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Nygaard biex waslu sa’ tlett punti ‘l bogħod mill-avversarji. Luxol ukoll wieġbu b’run ta’ 10-3 b’żewġ trippli minn Jandric u Keith Dimech biex reġgħu ħadu vantaġġ b’figuri doppji però Depiro għalqu t-taqsima b’baskets minn Nygaard u Adam Chomo għal skor ta’ 68-63. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timjiet kellhom il-mumenti tagħhom u kull darba li Depiro bdew jaslu viċin, Luxol irrispondew biex żammew vantaġġ tul is-sessjoni kollha għalkemm Depiro waslu sa’ basket ‘l bogħod. Fl-aħħar ħinijiet Sekulic u Jandric għamlu l-aħħar punti tal-partita biex Luxol ħadu r-rebħa b’distakk finali ta’ seba’ punti 89-82.

Bupa Luxol: CJ Cordina, V. Jandric 30, JP Schembri 2, K. Dimech 14, W. Ahlberg 5,M. Mercieca, F. Sekulic 27,  S. Cappello 11.

Depiro: T. Steen 24, K. Hamilton 20, J. Attard, M. Mallia, A. Aquilina 6, N. Grech 3, O. Said 11, M. Borg, J. Nygaard 14, E. Briffa, A. Chomo 4, A. Attard.

Referees: Nicky Azzopardi, Bernard Vassallo, Charles Pollet.

Depiro 71

 

Bupa Luxol 62

(15-14)(16-14)(17-17)(23-17)

Depiro rnexxielhom jaqlibu r-riżultat u se jkunu huma li jilgħabu fis-semi-finali meta għelbu lil Bupa Luxol 71-62 u għaddew b’aggregate ta’ 153-151 f’partita fejn il-barranin għamlu d-differenza hekk kif l-Amerikani ta’ Depiro spikkaw fuq il-wirja kwieta li kellhom William Ahlberg u Filip Sekulic ta’ Luxol. Wara li Luxol ħadu l-vantaġġ bi trippli minn Jandric u Ahlberg, Depiro wieġbu bil-punti ta’ Adam Chomo lejn tmiem is-sessjoni biex temmewha punti minn fuq 15-14. Fit-tieni perjodu, Luxol reġgħu marru minn fuq wara punti minn Jandric u Keith Dimech. Hawn Depiro kellhom mument tajjeb fejn irnexxiehom jagħqqdu break qasir ta’ 11-4 li però kien biżżejjed biex jarhom jidħlu fuq quddiem fil-halftime 31-28.

Fit-tielet sessjoni Depiro komplew fejn ħallew u fetħu b’run ta’ 10-2 li tathom vantaġġ ta’ 11 –il punt fil-partita u 4 bl-aggregate 41-30. Luxol irkupraw u bit-three pointers ta’ Jandric u Ahlberg wieġbu għal baskets ta’ Steen u Hamilton fuq in-naħa l-oħra u għalkemm baqgħu minn taħt irkupraw bl-aggregate hekk kif Depiro kienu 48-45 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, Luxol dehru se jerġgħu jieħdu kontroll tal-partita meta punti ta’ Jandric, Sekulic u Dimech poġġewhom minn fuq 54-52. Depiro ma ċedewx u reġgħu feġġew fuq quddiem wara trippla ta’ Nicholas Grech. Punti ta’ Steen poġġewhom 8 minn fuq però Luxol ġew lura b’basket ta’ Ahlberg u trippla ta’ Jandric. Fl-aħħar ħinijiet, Depiro għamlu sitt punti mingħajr risposta biex qalbu l-iskor favur tagħhom u kienu huma li għaddew għas-semifinali. Wara din il-partita telgħu l-poloz tas-semifinali fejn Athleta se jiltaqgħu kontra Floriana fil-waqt li Depiro se jiltaqgħu kontra Starlites. L-ewwel leg jintlagħab nhar il-Ħamis 13 ta’ Diċembru.

Depiro: T. Steen 33, K. Hamilton 214, J. Attard, M. Mallia, A. Aquilina 4, N. Grech 5, O. Said 7, M. Borg, J. Nygaard 2, E. Briffa, A. Chomo 5, A. Attard.

 

Bupa Luxol: CJ Cordina, V. Jandric 28, P. Englebert, L. Caruana Montaldo, JP Schembri, K. Dimech 7, W. Ahlberg 8, F. Sekulic 13,  S. Cappello 4.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak, Malek Hraisha





Leave a comment