Starlites jaħsdu lil Hibernians fl-ewwel partita

Monday, October 10, 2016, 21:38

St. James Hospital Shiled – Nisa

minn Colin Schembri

Hibernians 43

Starlites 49

(10-11)(14-18)(6-15)(13-5)

Il-partita mill-ewwel bdiet fuq nota negattiva għal Hibs hekk kif tilfu b’injury lil Raisa Vella waqt il-warm-up u matul il-partita weġġgħu l-Amerikana Trudy Armstead u Ema Micallef għalkemm komplewha wara l-intervall. Il-partita kienet bilanċjata fl-ewwel sessjoni tant li Starlites temmewha punt minn fuq 11-0 hekk kif kellhom il-punti ta’ Kim Pirotta, Josephine Grima u Patricia Arguello. Hibs bdew it-tieni perjodu b’sitt punti konsekuttivi però mingħajr Armstead bdew isibu diffikulta biex jikkontrollaw lil Grima taħt il-board u Starlites marru 25-18 minn fuq. Elena Cassar Iona Agius kellhom three pointer kull waħda però Starlites daħlu jistrieħu 5 minn fuq 29-24.

Wara l-intervall Starlites komplew bl-istess ritmu fejn fetħu bi break ta’ 7-2  biex ħadu vantaġġ ta’ 10 punti 36-26. B’Armstead lura fuq il-court għalkemm b’diffikulta, Hibs għamlu 4 punti però kienu Starlites li għalqu s-sessjoni b’run ta’ 8-0 bi trippli minn Grima u Arguello għal skor ta’ 44-30. Hibs dehru se jirkupraw fil-ftuħ tal-aħħar taqsima meta bdew b’10 punti mingħajr risposta minn Armstead u Naomi Farrugia. Starlites finalment wieġbu bi trippla ta’ Arguello u Hibs minkejja l-isforzi finali ma rnexxielhomx isalvaw il-partita u Starlites rebħu l-partita 49-43.

Hibernians: E. Micallef 2, E. Cassar 12, N. Vella, I. Agius 5, K. Caruana 4, R. Vella, K. Portainer Mifsud, N. Farrugia 2, T. Armstead 16, J. Scerri 2.

Starlites: D. Agius, J. Micallef 2, J. Doughty 2, S. Tabone 2, M. Zammit Cordina, K. Pirotta 4, J. Grima 20, P. Arguello 15, E. Magrin, S. Davies 2, A. Demanuele 2.

Referees: Gordon Barbara, Kamil Djorniczak.

Caffè Moak Luxol 56

Gżira Athleta 52

(11-22)(9-7)(15-4)(21-19)

Caffè Moak Luxol għamlu rimonta b’mod partikolari wara l-intervall biex għelbu l-isfida ta’ Gżira Athleta 56-522 biex bdew l-impenji tagħhom fis-St. James Hospital Shield b’rebħa. Athleta kellhom ir-ritorn tal-Amerikana Amelia Simmons li diġa kienet f’pajjiżna l-aħħar li lagħbu l-players barranin fil-basketball femminili. Luxol kellhom lil Beverlee Zammit nieqsa u l-coach Francesco Manella kien indispost. Athleta bdew il-partita bi 8 punti mingħajr risposta minn Simmons, Leanne Sciberras u Christina Grima. Luxol irkupraw u wieġbu bi break ta’ 9-2 però r-risposta ta’ Athleta kienet immedjata b’run ta’ 12-2 bi trippli minn Denise Said Hollier u Grima għal skor ta’ 22-11. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat hekk kif iż-żewġ timjiet bdew jitilfu okkażjonijiet faċli u ankè kellhom diversi turnovers. Athleta għalqu bi trippla ta’ Simmons għal skor ta’ 29-20.

Wara l-intervall Luxol bdew inaqqsu d-distakk speċjalment bil-grinta ta’ Christina Curmi li kellha diversi punti konsekuttivi f’run ta’ 9-2 flimkien mal-captain Mandi Mercieca. Athleta kellhom biss żewġ baskets minn Grima biex Luxol irnexxielhom jieħdu vantaġġ ta’ basket 35-33. Athleta reġgħu fetħu tajjeb fl-aħħar taqsima bi trippli ta’ Grima. Għal Luxol finalment waslu l-punti ta’ Steffi De Martino li għal ħin twil kienet mrażżna minn Simmons u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 50-46. Huma għalqu l-partita b’żewġ three pointers oħra fuq skor finali ta’ 56-52.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, M. Darmanin, M. Mercieca 12, I. Baena Medina, C. Sollami, S. De Martino 8, K. Portelli, A. Calleja, P. Ellul, N. Vella, L. Lessard 13, C. Curmi 16.

Gżira Athleta: C. Grima 29, M, Debono, S. Pisani, L. Sciberras 4, A. Simmons 12, D. Said Hollier 5, A. Borg, M. Pollaco, S. Vella 2, E. Pace, C. Mifsud.

Referees: Gordon Barbara, Jennifer Mangani.





Leave a comment