- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Starlites itemmu bil-kbir…tintemm l-ewwel fażi

Posted By sportinmalta1 On February 24, 2015 @ 6:30 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Frank Salt 48

St. Nicholas Suns 40

(20-8)(4-7)(16-12)(8-13)

Phoenix Frank Salt riedu rebħa minn din il-partita

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

biex jikkwalifikaw għall-play-offs fil-waqt li St. Nicholas Suns riedu rebħa biex jevitaw ir-raba’ post u l-qawwa ta’ Hibs fis-semfinali. F’partita li kienet kundizzjonata mill-importanza tar-riżultat kienu Phoenix li ħadu r-rebħa 48-40. Phoenix kellhom bidu tajjeb fil-partita u l-vantaġġ li ħadu żammewh sa’ tmiem il-partita. Fl-ewwel taqsima, Phoenix kellhom il-punti minn Jonathan Ransley flimkien ma’ Antoine Costa u Daniel Cuenca Grimaldos li kellhom trippla kull wieħed. Suns għamlu biss 8 punti minn Hubert Agius, Robert Camilleri u Michael Barberi għal skor ta’ 20-8. Fit-tieni sessjoni l-punti kienu skarsi. Bdew Phoenix li fl-ewwel ħames minuti għamlu l-uniċi baskets tagħhom minn Ransley u Cuenca. Suns kellhom jistennew sas-sitt minuta biex iwieġbu u għamlu hekk b’seba’ punti mingħajr risposta ta’ Robert Mercieca u Agius u fl-intervall Phoenix kienu 24-15 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Suns bdew b’basket ieħor ta’ Mercieca qabel ma Phoenix għamlu break ieħor ta’ 10-1 bi trippla oħra ta’ Cuenca u l-baskets ta’ Ransley u Luca Bugelli. Suns wieġbu permezz ta’ Mercieca, Agius u Barberi però Phoenix reġgħu żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Cuenca għal skor ta’ 40-27. Fl-aħħar taqsima Suns bdew b’ħames punti biex resqu viċin 32-40. Luke Azzopardi kellhu trippla għal Phoenix u biż-żewġ timijiet ifallu diversi free-throws, Phoenix baqgħu jikkontrollaw il-partita u ħarġu rebbieħa 48-40.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 8, L. Bugelli 2, D. Pisani, R. Curmi, D. Debattista, M. Fenech, C. Camenzuli, D. Cuenca 20, C. Briffa 2, A. Costa 5, J. Ransley 11, A. Toompere.

St. Nicholas Suns: A. Pace, S. Borg, R. Camilleri 2, L. Grech, H. Agius 8, M. Barberi 4, K. Scicluna 2, R. Mercieca 13, S. Cauchi, L. Camilleri 11.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Starlites 56

Mellieħa Mr. Green 47

(18-15)(9-10)(15-12)(14-10)

Starlites temmew l-istaġun tagħhom b’rebħa ta’ prestiġju

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

fuq it-team ta’ Mellieħa Mr. Green biex irreġistraw l-ewwel rebħa. Għal Mellieħa din it-telfa ma biddlet xejn fil-klassifika hekk kif kienu ċerti mit-tieni post. Huma kienu mingħajr Joshua Aquilina fil-waqt li Starlites kellhom nieqes lil JP Borg. Mellieħa fetħu tajjeb bil-punti ta’ Clint Grixti u Rihards Polis bi trippla. Starlites kellhom ir-risposta minn Miguel Falzon, Thomas Grech u Clive Schembri hekk kif kellhom run ta’ 9-0. Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Emanuel Lupo però Starlites baqgħu fuq quddiem wara basket ieħor ta’ Grech u trippla ta’ Schembri. Fit-tieni sessjoni Schembri beda bi’ trippla oħra però Polis ukoll wieġeb bi three pointers biex f’nofs is-sessjoni Mellieħa ġabu l-iskor indaqs 25-25. Sal-intervall sar biss basket wieħed minn Starlites minn Joseph Agius biex Starlites daħlu jistrieħu minn fuq 27-25.

Wara l-intervall kienu Mellieħa li bdew tajjeb bi break qasir ta’ 6-0 biex reġgħu marru minn fuq 31-29. Hawn però Starlites ħadu l-partita f’idejhom bi break ta’ 11-2 b’aktar punti minn Falzon flimkien ma’ Alec Felice Pace u fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti. Mellieħa kellhom risposta qasira minn Grixti u Bernard Soler li rathom inaqqsu d-distakk 42-37. Fl-aħħar taqsima Felice Pace beda b’ħames punti għal Starlites. Mellieħa wieġbu bi break ta’ 8-2 bil-punti kollha jiġu minn Lupo u naqqsu d-distakk għal basket 47-49. Hawn Starlites kellhom il-punti ta’ Grech u trippla ta’ Schembri biex aċċertaw ruħhom mir-riżultat u temmew l-istaġun b’rebħa 56-47.

Starlites: Y. Cremona, T. Gatt, D. Massa, C. Schembri 11, M. Falzon 15, A. Felice Pace 13, J. Agius 4, L. Vella, T. Grech 13.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 8, M. Farrugia 1, J. Muscat, S. Aquilina, R. Polis 11, R. Loporto 3, J. Stupka, E. Lupo 18, I. Terribile, B. Soler 6, P. Magro.

Referees: Cesar Baena, Luis Abuin.

Hibs 83

Athleta 69
(19-13)(20-20)(20-18)(24-18)

Hibs temmew l-impenji tagħhom fl-istaġun regolari bl-għaxar rebħa minn għaxar partiti u għelbu lil Athleta 83-69. Athleta li kellhom lil Martin Krastev f’ġurnata tajba fis-shooting, tħabtu biex jakkwistaw ir-rebħa li kienet tpoġġijhom fil-play-offs u sar-raba’ minuta tal-aħħar sessjoni kienu biss punt ‘l bogħod. Però Hibs kellhom run ta’ 17-2 biex ħadu r-rebħa. Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ 10-3 sar-raba’ minuta bi trippla ta’ Kieron Caruana. Krastev kellhu żewġ trippli għall-Athleta bil-Hibs iwieġbu bil-punti ta’ Fabrizio Mariani. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Ryan Bezzina però Hibs kellhom il-punti ta’ Simon Attard u Gabriel Agius biex temmew is-sessjoni 19-13 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Attard kellhu trippla għal Hibs però Athleta rrispondew b’żewġ baskets ta’ Will Hopper u flimkien ma’ Krastev, u Steve Gouder biex ġabu l-iskor indaqs 28-28. Mariani għamel żewġ trippli għal Hibs flimkien m’oħra ta’ Stefan Vella  biex Hibs daħlu jistrieħu minn fuq 39-33.

Fit-tielet perjodu, Hibs bdew bil-baskets ta’ Attard u Caruana. Athleta kellhom it-trippli ta’ Krastev u Stefan Vincic. Hibs kabbru l-vantaġġ għal 11 –il punt wara punti minn Mariani, Vella u trippla ta’ Adrian Baldacchino qabel ma Krastev għamel trippla oħra biex ir-raba’ taqsima bdiet bil-Hibs fuq quddiem 59-51. Fl-aħħar sessjoni Athleta kellhom il-punti ta’ Vincic u trippla ta’ Krastev biex waslu sa’ punt ‘l bogħod 62-63. Hawn però Hibs kellhom run deċisiva ta’ 17-2 fejn Mariani kien dominanti taħt il-board. Huma kellhom ukoll il-punti ta’ Attard, Vella u Caruana biex fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 80-65. Athleta ma rnexxielhomx li jerġgħu jirkupraw u kellhom biss żewġ baskets minn Krastev u Matthew Gouder biex Hibs rebħu l-partita 83-69.

Hibs: M. Giusti, M. Humpton, A. Baldacchino 3, L. Farrugia 7, S. Attard 16, G. Agius 7, K. Caruana 14, M. Roomets, K. Sultana, S. Vella 9, F. Mariani 27, R. Cortis.

Athleta: W. Hopper 6, D. Buhagiar,  D. Garcia, L. Stefanovic, M. Gauchi Montaldo, R. Bezzina 5, M. Gouder 8, M. Krastev 27, S. Vincic 9, J. Wait, S. Gouder 8.

Referees: Bernard Vassallo, Brian Sly.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

10

10

0

20

704

538

Mellieħa Mr. Green

10

6

4

16

529

520

Phoenix Frank Salt

10

5

5

15

542

532

St. Nicholas Suns

10

4

6

14

542

533

Athleta

10

4

6

14

615

598

Starlites

10

1

9

11

496

707

Programm tal-play-offs:

27-02-2015 – 18:15 – Hibs vs St. Nicholas Suns

27-02-2015 – 20:00 – Mellieħa Mr. Green vs Phoenix Frank Salt

07-03-2015 – 13:00 – St. Nicholas Suns vs Hibs

08-03-2015 – 09:30 – Phoenix Frank Salt  vs Mellieħa Mr. Green

15-03-2015 – 11:15 – Hibs vs St. Nicholas Suns

15-03-2015 – 13:00 – Mellieħa Mr. Green vs Phoenix Frank Salt

Ritratti: Ritratti: Andrew Large: MCP Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/starlites-itemmu-bil-kbir-tintemm-l-ewwel-fazi/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.