Starlites GIG waħedhom fit-tieni post

Tuesday, January 14, 2020, 21:13

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 118

Depiro 95

(32-18)(35-24)(30-26)(13-27)

Gżira Athleta komplew fejn ħallew qabel il-waqfa għall-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-sena meta fetħu s-sena 2020 b’rebħa oħra, din id-darba fuq Depiro 118-95. Depiro kienu mingħajr Marco Todorovic li ħalla pajjiżna u se jkun mibdul minn player Amerikan li għandu jsal matul din il-ġimgħa. Bin-nuqqas ta tul taħt il-board, Athleta setgħu jiddominaw speċjalment bil-wirja posittiva tal-Amerikani Conell Crossland u Ian Thiesen. Fil-fatt sa’ nofs l-ewwel sessjoni l-players ta’ Dimitrijevic kienu diġa 17-8 minn fuq wara li kellhom tlett trippli minn Crossland, Nathan Xuereb u Thiesen. Depiro kellhom il-punti ta’ Quin Cooper u Kurt Xuereb qabel ma Athleta reġgħu kabbru l-vantaġġ permezz ta’ Thiesen u Matthew Gouder bi trippla biex għalqu l-ewwel sessjoni 32-18 minn fuq. Fit-tieni perjodu komplew ġejjin it-three pointers minn naħa tal-Athleta b’Gouder jibda l-ewwel segwit minn Peter Shoults u Milos Novakovic. Depiro bdew iwieġbu b’mod limitat minn Cooper, Xuereb u Adam Chomo però l-punti tal- Athleta komplew ġejjin b’aktar trippli minn Shoults u Luca Stefanovic. Sal-intervall Athleta kienu diġa laħqu is-67 punt hekk kif daħlu jistrieħu 67-42 minn fuq.

It-tielet taqsima kompliet bl-istess andament kekk kif Athleta bdew b’run ta’ 9-2 bi trippli ta’ Xuereb u Crossland. Depiro kellhom mument tajjeb meta għamlu żewġ breaks ta’ 9-2 bi trippla ta’ Xuereb flimkien ma’ diversi free-throws ta’ Cooper però xorta kienu għadhom 20 minn taħt 64-84. Hawn Athleta reġgħu għafsu l-gass u għamlu run oħra ta’ 13-2 bi trippla ta’ Stefanovic biex temmew is-sessjoni 97-48 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Depiro tilfu kemm lil Xuereb kif ukoll lil Chomo bil-ħames foul u llimtaw kemm setgħu id-danni hekk kif għall- Athleta daħlu wkoll il-players ta’ fuq il-bank. Crossland għaqqdilhom il-mitt punt u wara Depiro naqqsu d-distakk b’run ta’ 10-0 però l-Athleta żammew il-kontroll tal-partita u ħarġu rebbieħa 118-95.

Gżira Athleta: N. Buhagiar, M. Novakovic 9, C. Crossland 32, P. Shoults 12, L. Stefanovic 6, S. Galea, N. Xuereb 12, M. Gouder 19, I. Thiesen 24, E. Abela 2, R. Abela 2, S. Pace.            

 

Depiro: Q. Cooper 33, D. Farrugia 4, N. Grech 15, O. Said 4, K. Xuereb 18, M. Borg 2, J. Attard, A. Chomo 19, A. Attard.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Daniela Torok

Starlites GIG 95

 

Hibernians 78

(28-22)(23-17)(25-19)(19-20)

Starlites GIG telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika tal-kampjonat

Ritratt: Wally Galea

Bank of Valletta meta għelbu lil Hibernians 95-78 f’partita fejn iż-żewġ timijiet ippreżentaw player Amerikan ġdid. Starlites kellhom lil Robert Ahearn li ħa post Jeremy Marseille u żiedu wkoll lil Billy Zammit fil-waqt li Hibs kellhom lil John Hardy. Huma żammew it-tlett barranin l-oħra għalkemm William Ahlberg għadu wieqaf b’injury fil-polz. L-ewwel sessjoni kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet fejn wara li Starlites għamlu l-ewwel żewġ baskets minn Alec Felice Pace u Matthew Scerri, Hibs wieġbu b’run ta’ 15-2 bi trippla ta’ Nikola Vasovic u diversi punti ta’ Hardy. Wara time-out, Starlites irkupraw u kienu huma li bi trippla ta’ Robert Bonnici bdew run ta’ 20-2 li biha qalbu r-riżultat favurhom. L-Amerikani Konor Kulas u Ahearn kellhom trippla kull wieħed flmkien ma’ Felice Pace u Bonnici biex Starlites temmew l-ewwel sessjoni 28-22 minn fuq. Fit-tieni perjodu Starlites komplew b’run oħra ta’ 10-2 b’żewġ trippli oħra ta’ Bonnici u oħra minn Ahearn u fetħu vantaġġ ta’ 13 -il punt 43-30. Hibs wieġbu b’żewġ trippli minn David Bugeja u Hardy però fl-intervall Starlites kienu 51-39 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Hibs kellhom l-aħjar bidu u renexxielhom inaqqsu d-distakk għal 3 punti wara li kellhom run ta’ 12-0 fosthom trippla minn Vasovic. Il-coach Mario Tabone kellhu jagħmel xi bidliet minħabba l-fouls u Starlites approfittaw hekk kif reġgħu ħadu l-partita f’idejhom b’run ta’ 11-2 bi trippla ta’ Ahearn u marru 12 -il punt minn fuq. Ir-risposta ta’ Hibs ma waslitx u Starlites komplew iżidu l-vantaġġ u sa’ tmiem il-perjodu fetħu vantaġġ ta’ 18 -il punt 76-58. Fl-aħħar taqsima Hibs għamlu sforz ieħor biex isalvaw il-partita u kellhom run ta’ 12-2 li wasslithom sa’ 12 -il punt ‘l bogħod 70-82. Starlites però ma tħawwdux u għamlu 8 punti mingħajr risposta kollha minn Bonnici u Felice Pace biex reġgħu marru 20 minn fuq u baqgħu jikkontrollaw il-partita sat-tmiem.

Starlites GIG: A. Felice Pace 14, B. Zammit, R. Bonnici 21, I. Felice Pace 5, M. Fabri, M. Falzon, M. Scerri 10, R. Carabott 2, K. Kulas 29, R. Ahearn 14.

 

Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 5, K. Caruana, L. Farrugia 2, J. Hardy 27, I. Bonnett, N. Vasovic 22, A. Axiaq, M. Matijevic 4, M. Attard, C. Rowe 8, I. Demcesen 10.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Luke Camilleri

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

5

5

0

10

444

372

Starlites GIG

5

3

2

8

438

425

Depiro

5

2

3

7

449

468

Hibernians

5

2

3

7

420

406

Bupa Luxol

4

0

4

4

286

366

 





Leave a comment