Starlites GIG u Hibernians fil-finali

Monday, October 29, 2018, 18:08

St. James Hospital Shield Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 66

Caffè Moak Luxol 45

(16-7)(14-17)(19-10)(17-11)

Starlites GIG kisbu t-tieni rebħa kontra Caffè Moak Luxol, din id-darba

Ritratt: Wally Galea

fis-semi-finali bex waslu sal-finali tas-Shield għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Starlites kellhom bidu qawwi li għenhom jieħdu vantaġġ kmieni li kien biżżejjed għalijhom meta Luxol ppruvaw iwettqu reazzjoni fit-tieni perjodu. Starlites bdew bi break ta’ 12-3 bil-punti ta’ Kirsty Galea u Josephine Grima. Luxol kellhom il-punti ta’ Sarah Pace però kienu Starlites li temmew l-ewwel taqsima 16-7 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Starlites kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Anthea Micallef u Maria Bonett. Luxol irkupraw u kellhom it-three pointers ta’ Ina Baena però Starlites żammew il-vantaġġ wara baskets minn Patricia Arguello u fl-intervall kienu sitt punti minn fuq 30-24.

Fit-tielet taqsima Starlites kellhom mument ieħor tajjeb meta bdew b’run ta’ 10-3. Luxol naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Pace u trippla oħra ta’ Baena qabel ma Starlites għalqu s-sessjoni b’baskets ta’ Bonett u Josephine Grima għal skor ta’ 49-34. Fl-aħħar taqsima, Luxol reġgħu ppruvaw jersqu qrib iżda wara li għamlu sitt punti mingħajr risposta, Starlites għalqu l-partita b’run ta’ 13-0 u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 66-45.

Starlites GIG: M. Zammit Cordina, K. Galea 6, S. Farrugia 10, M. Bonett 13, A. Micallef 4, C. Curmi 5, J. Grima 15, P. Arguello 10, M. Cutajar 2, S. Davies, A. Lupo 1.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 19, M. Caruana 5, Ni. Vella 2, I. Baena 12, No. Vella 2, K. Portelli 3, A. Borg 2, L. Caruana Montaldo, M. Pollacco, C. Mifsud.

Referees: Kamil Dworniczak, Christine Xuereb, Ivica Simic

Hibernians 83

Depiro 44

(16-13)(22-5)(24-12)(21-14)

Se jkunu Hibs li jiltaqgħu kontra Starlites fil-finali tas-Shield ta’ nhar il-Ħadd li ġej hekk kif huma għelbu lil Depiro 83-44 fit-tieni semi-finali. Depiro kellhom nieqsa lil Steffi De Martino u Andrea Mifsud u Hibs kienu mingħajr Maria Said. Għal Hibs kellha wirja oħra posittiva Amelia Simmons li fi tlett sessjonijiet għamlet 31 punt. Fl-ewwel ħinijiet Depiro marru fuq quddiem 9-2 wara punti minn Claire Ciantar u Nicole Agius. Hawn Hibs kellhom risposta permezz ta’ Simmons u Sam Brincat li kellha żewġ three pointers  temmew l-ewwel taqsima 16-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu Hibs żiedu l-vantaġġ wara punti tal-captain Elena Cassar u Simmons. Depiro kellhom biss free-throws f’din it-taqsima minn Ashley Gray u Ciantar hekk kif Hibs kellhom fost l-oħrajn run ta’ 14-0 biex daħlu jistrieħu 20 punt minn fuq 38-18.

Fit-tielet perjodu, Hibs reġgħu fetħu tajjeb u għamlu l-ewwel 8 punti minn Simmons, Iona Agius u Hannah Al Tumi. Wara basket ta’ Gray, Hibs wieġbu bit-three pointers ta’ Brincat u Naomi Farrugia. Sa’ tmiem it-taqsima kien hemm punti fuq iż-żewġ naħat għal skor ta’ 62-30 Brincat u Farrugia fetħu r-raba’ taqsima bi three pointer ieħor hekk kif ic-champions baqgħu jikkontrollaw il-partita minkejja li kellhom diversi żagħżagħ fuq il-court u ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 83-44.

Hibs: E. Micallef 1, E. Cassar 5, K. Caruana, S. Brincat 12, I. Agius 4, J. Abela, S. Abela 6, A. Simmons 31, N. Farrugia 6, H. Al Tumi 14, K. Calleja 2, L. Duncan 2.

Depiro: Ni. Agius 5, C. Camilleri, No. Agius 2, D. Said Hollier 6, M. Scicluna, A. Gray 18, E. Cassar, C. Ciantar 11, N. Hili 2.

Referees: Kamil Dworniczak, Malek Hraisha, Charles Pollet





Leave a comment