Starlites GIG u Depiro jibdew bir-rebħ

Monday, October 8, 2018, 20:40

St. James Hospital Shield Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 60

Hibernians 51

(18-14)(12-14)(12-13)(18-10)

Starlites GIG fetħu l-impenji tagħhom fis-St. James Hospital Shield b’rebħa fuq ic-champions Hibernians 60-51. Starlites kellhom lura lil Anthea Micallef u Adriana Lupo però kienet nieqsa Hayley Acreman fil-waqt li Hibs kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ Jasmine Abela u postha ħadithu Kirsty Caruana. Starlites għamlu l-ewwel ħames punti tal-partita minn Josephine Grima u Patricia Arguello qabel ma Hibs irrispondew bi trippla u basket ta’ Samantha Brincat.  Starlites komplew bi break ta’ 9-0- fosthom trippla ta’ Kirsty Galea u aktar punti minn Grima. Id-dħul ta’ Elena Cassar saħħaħ l-attakk tal-Hibs hekk kif il-captain tal-Pawlisti kisbet 5 punti konsekuttivi biex naqqset id-distakk fi tmiem l-ewwel taqsima 18-14. Fit-tieni perjodu, Hibs waslu sa’ basket ‘l bogħod meta kellhom trippla oħra minn Brincat u punti minn Amelia Simmons u Cassar. Starlites reġgħu wieġbu permezz ta’ Arguello u Grima però qabel il-mistrieħ Hibs resqu viċin bi trippla ta’ Ema Micallef u free-throws ta’ Cassar għal skor ta’ 30-28.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Hibs marru għall-ewwel darba minn fuq wara trippla ta’ Cassar u basket ta’ Simmons. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet bi break ta’ 7-2 flimkien ma’ trippla ta’ Stephanie Davies biex huma żammew distakk ta’ punt 42-41 għar-raba’ taqsima. Hawn Hibs reġgħu marru minn fuq però din kienet l-aħħar darba għaliex punti minn Galea u Arguello raw lil Starlites jiftħu vantaġġ ta’ 4 punti. Brincat wasslet lic-champions sa’ punt minn taħt qabel ma Starlites għamlu run deċisiva ta’ 13-5 biex rebħu l-partita 60-51.

Starlites: M. Zammit Cordina 7, K. Galea 13, M. Riolo, S. Farrugia 2, M. Bonett, A. Micallef 2, A. Lupo, J. Grima 13, P. Arguello 18, M. Cutajar 2, S. Davies 3, C. Curmi.

 

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 11, S. Gambino, S. Brincat 14, I. Agius, K. Caruana, S. Abela 4, A. Simmons 14, N. Farrugia, H. Al Tumi, M. Said 2, L. Duncan 3.

Referees: Bernard Vassallo, Alex Ampadogamis, Daniella Torok.

Depiro 73

Caffè Moak Luxol 57

(22-16)(13-14)(24-6)(24-21)

Depiro kisbu rebħa tajba fuq Caffè Moak Luxol li mmaturat b’mod speċjali

Ritratt: Wally Galea

wara l-intervall fejn ħasduhom bi breaks ta’ 11-0  u 9-0 biex kisbu t-tielet rebħa fuqhom dan l-istaġun wara ż-żewġ rebħiet fit-tazza Indipendenza. Depiro kienu mingħajr Gaby Mifsud li se tirreġistra fl-aħħar t’Ottubru però rritornat oħtha Andrea flimkien ma’ Laura Camilleri u Julia Schembri. Luxol minbarra l-Amerikana Alexis Delord kellhom jagħddu mingħajr Antoinette Borg b’injury. Luxol fetħu bit-three pointers ta’ Kay Portelli u Sarah Pace biex marru fuq quddiem. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet bil-punti ta’ Steffi De Martino u trippla ta’ Denise Said Hollier u għalkemm Luxol kellhom trippla oħra minn Portelli, Depiro għamlu l-aħħar 8 punti tas-sessjoni nkluż three pointer ta’ Schembri għal skor ta’ 22-16. Fit-tieni taqsima, Luxol naqqsu d-distakk għal punt 25-26 wara punti minn Pace u trippla ta’ Ina Baena. Depiro wieġbu bi three pointer tal-Amerikana Ashley Gray flimkien ma’ punti ta’ Mifsud u De Martino biex daħlu jistrireħu 35-30 minn fuq.

Wara l-intervall seħħ il-mument kruċjali tal-partita hekk kif Depiro żammew lil Luxol fuq three pointer wieħed minn Pace. Qablu u warajh, il-players ta’ Ruben Baldacchino kellhom żewġ runs ta’ 11-0 u 9-0 bil-punti ta’ Gray, De Martino u Schembri fost l-oħrajn biex fetħu vantaġġ sabiħ ta’ 22 punt 55-33 u żieduh sa’ tmiem it-taqsima 59-36. Fl-aħħar perjodu l-partita kienet deċiża bil-coaches jagħmlu diversi sostituzzjonijiet hekk kif Depiro ma kellhomx problema jżommu l-vantaġġ li kellhom. Luxol tħabtu biex inaqqsu d-distakk però minkejja li kisbu tlett three pointers minn Pace, Medina u Monique Caruana huma kienu għadhom ‘l boghod u Depiro ħarġu rebbieħa 73-57.

Depiro: N. Agius 2, A. Mifsud 2, L. Camilleri, C. Camilleri 3, J. Schembri 4, S. De Martino 18, D. Said Hollier 3, M. Scicluna, A. Gray 27, E. Cassar 2, C. Ciantar 10, N. Hili 1.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 2, B. Zammit, Ni. Vella 4, I. Baena 10, No. Vella 6, M. Caruana 4, K. Portelli 9, L. Caruana Montaldo, S. Vella, M. Pollacco, C, Mifsud 3.

Referees: Tuomas Mantere, Ivica Simic, Malek Hraisha.





Leave a comment