Starlites GIG lura fl-ewwel post

Monday, February 4, 2019, 17:07

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Hibernians 54

Starlites Gig 57

(17-9)(10-11)(17-23)(10-14)

Starlites GIG reġgħu ħadu l-ewwel post tal-klassifika, sitt ijiem biss wara li tilfuh, grazzi għall-vantaġġ fil-konfronti diretti wara li għelbu lil Hibs 57-54 biex pattew għat-telfa ta’ ftit ġranet qabel. Starlites irkupraw lil Patricia Arguello mill-injury tal-partita ta’ qabel u ħallew barra lil Marilou Cutajar biex irritornat Hayley Acreman. Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 8-2 wara baskets minn Sam Brincat, Sophie Abela u Leanne Duncan. Starlites wieġbu bi trippla ta’ Christina Curmi u basket ta’ Arguello però Hibs komplew b’run ta’ 9-2 li għalquha bi trippla ta’ Brincat għal skor ta’ 17-9. Fit-tieni perjodu, l-logħob kien aktar maqsum biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin għalkemm kien hemm ukoll diversi żbalji fuq iż-żewġ naħat. Punti minn Josephine Grima ressqu lil Starlites viċin għalkemm Hibs wieġbu permezz ta’ Amelia Simmons u Hannah Al Tumi biex baqgħu basket minn fuq 27-20.

Wara l-intervall ic-champions fetħu bi trippla oħra ta’ Brincat u żiedu l-vantaġġ għal 12 –il punt 34-22 wara punti konsekuttivi ta’ Abela. Hawn wasal mument tajjeb għal Starlites li mmexxija minn Arguello u Kirsty Galea għamlu run ta’ 13-2 li rathom jaslu punt ‘l bogħod mill-avversarji. Id-distakk baqa’ ma nbidilx sa’ tmiem it-taqsima hekk kif iż-żewġ timijiet kisbu ħames punti kull wieħed għal skor ta’ 44-43. Kien fl-aħħar sessjoni li Starlites reġgħu marru fuq quddiem wara tlett sessjonijiet jiġru wara l-avversarji. Trippla ta’ Arguello tathom vantaġġ ta’ basket 48-46 u Hibs qatt ma rnexxielhom li jerġgħu jmorru minn fuq minkejja li għal tlett darbies waslu sa’ punt ‘l bogħod. Kienet Curmi li bl-aħħar żewġ freethrows għalqet il-partita favur Starlites li ħarġu rebbieħa 57-54.

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 3, K. Calleja, S. Brincat 10, I. Agius, J. Abela, S. Abela 14, A. Simmons 16, N. Farrugia, H. Al Tumi 6, K. Caruana, L. Duncan 5.

 

Starlites: M. Zammit Cordina 2, K. Galea 17, M. Riolo, S. Farrugia, M. Bonett 7, H. Acreman, C. Curmi 8, J. Grima 9, P. Arguello 11, F. Fabok, S. Davies, A. Lupo 3.

Referees:  Tuomas Mantere, Nicky Azzopardi, Christine Xuereb

Depiro 47

 

Caffè Moak Luxol 71

(8-24)(9-31)(14-8)(16-8)

Caffè Moak Luxol għamlu pass importanti lejn post fil-playoffs meta

Ritratt : Wally Galea

għelbu lil Depiro 71-47 u saħħew il-vantaġġ tagħhom fuq l-avversarji. Depiro kienu mingħajr Gaby Mifsud, Claire Ciantar, Julia Schembri u fuq kollox l-Amerikana Ashley Gray li rritornat lura pajjiżha ħabta u sabta u ħalliet lil Depiro f’qagħda diffiċli speċjalment lejliet il-finali tat-tazza Louis Borg fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla kontra Hibernians. Luxol fetħu tajjeb ferm immexxija mill-Amerikana tagħhom Alexis Dillard li bdiet tieħu diversi rebounds fl-attakk. Għalkemm Depiro kellhom żewġ trippli minn Nicole Agius u Steffi De Martino, Luxol kienu diġa 25-8 minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni. Fit-tieni perjodu, Luxol komplew iżidu l-vantaġġ bi trippla ta’ Ina Baena u aktar punti minn Dillard u Sarah Pace. Huma kellhom run qawwija ta’ 20-1 fejn Baena sabet żewġ three pointers oħra flimkien ma’ tlieta ta’ Monique Caruana u fil-halftime kienu 55-17 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Luxol naqqsu mir-ritmu hekk kif kienu diġa aċċertati mir-rebħa. Depiro rnexxielhom inaqqsu xi ftit id-distakk hekk kif De Martino kisbet trippla oħra għal skor ta’ 31-63. Fl-aħħar sessjoni l-andament tal-partita baqa’ l-istess bid-Depiro jsibu run ta’ 11-2 għal darb’oħra bi three pointer ta’ De Martino u l-punti ta’ Agius u Nicole Hili. Luxol, b’diversi players ta’ fuq il-bank fil-court, għamlu l-aħħar punti tal-partita minn Sharon Vella u Nicole Vella biex ħadu r-rebħa 71-43.

Depiro: No. Agius, Ni. Agius 12, C. Camilleri 2, S. De Martino 21, D. Said Hollier 4, M. Scicluna 3, N. Hili 5, A. Mifsud, E. Cassar.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 6, B. Zammit, Ni. Vella 2, I. Baena 13,  No. Vella 2, S. Vella 8, K. Portelli, A. Borg, A. Dillard 29, L. Caruana Montaldo, M. Caruana 9, C. Mifsud 2.

Referees:  Bernard Vassallo, Malek Hraisha, Vladimir Nikolic.

 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites Gig

9

7

2

16

531

498

Hibernians

9

7

2

16

582

485

Caffè Moak Luxol

8

3

5

11

491

517

Depiro

8

0

8

8

438

542

 





Leave a comment