Starlites GIG jieħdu l-ewwel rebħa fil-finali

Friday, April 12, 2019, 17:20

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa – FINALI

minn Colin Schembri

Hibernians 44

Starlites GIG 68

(6-21)(16-11)(14-18)(8-18)

L-ewwel finali tal-play-offs għar-rebħ tal-kampjonat tan-nisa marret għand Starlites GIG wara rebħa fuq Hibernians 68-44. It-team ta’ Starlites kellhom bidu mill-aqwa u Hibs ma setgħux jirkupraw u kull darba li bdew inaqqsu d-distakk, Starlites bdew jirrispondu lura biex dejjem baqgħu minn fuq tul il-partita kollha. Ic-champions inkludew fil-formazzjoni tagħhom lil Julia Scerri fil-waqt li Starlites kellhom bidla waħda fejn Hayley Acreman ħadet post Michela Zammit Cordina. Starlites immexxija b’mod brillanti minn Patricia Arguello fetħu tajjeb u għamlu l-ewwel 10 punti tal-partita fejn l-istess Arguello kellha trippla flimkien m’oħra ta’ Kirsty Galea u l-punti ta’ Giocelis Reynoso u Josephine Grima. L-ewwel basket ta’ Hibs wasal minn Hannah Al Tumi però Starlites komplew bit-tieni trippla ta’ Arguello u Reynoso li qiegħda tkun strumentali speċjalment taħt il-board hekk kif Starlites temmew is-sessjoni 21-7 minn fuq. Hibs tejjbu l-logħba tagħhom fit-tieni perjodu fejn bdew b’seba punti mingħajr risposta minn Sophie Abela, Amelia Simmons u trippla ta’ Sam Brincat. Starlites wieġbu b’run ta’ 11-4 bi three pointer ieħor ta’ Arguello flimkien ma’ Galea u Reynoso biex żiedu l-vantaġġ 32-17. Qabel intemmet it-taqsima, Hibs kellhom ħames punti minn Abela u Simmons biex Starlites daħlu jistrieħu 10 minn fuq 32-22.

Wara l-intervall, basket ta’ Leanne Duncan kompla jnaqqsa id-distakk għall-Pawlisti però Starlites ma tantx damu biex irrispondew u sensiela ta’ punti minn Grima u Galea biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 15 –il punt 41-26. Elena Cassar kellha trippla għall-Hibs li kellhom ukoll il-punti ta’ Simmons però Starlites xorta kienu għadhom 14 –il punt minn fuq fi tmiem is-sessjoni 50-36. Fl-aħħar taqsima, Starlites tista tgħid li temmew it-tamiet tal-Hibs meta bdew b’run oħra ta’ 11-0 maqsuma bejn Reynoso, Grima u Galea. Simmons waqqfithom bi trippla però l-vantaġġ ta’ Starlites kien biżżejjed għalijhom u huma għalqu l-partita b’sensiela ta’ free-throws minn Grima u Reynoso biex ħadu l-ewwel rebħa fuq skor finali ta’ 68-44.

Hibs: E. Micallef 1, E. Cassar 5, J. Scerri, S. Brincat 3, I. Agius, J. Abela, S. Abela 6, A. Simmons 21, N. Farrugia, H. Al Tumi 4, K. Caruana, L. Duncan 4.

 

Starlites: H. Acreman, K. Galea 15, M. Riolo, S. Farrugia, M. Bonett 2, G. Reynoso 18, C. Curmi, J. Grima 17, P. Arguello 16, M. Cutajar, S. Davies, A. Lupo.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Zvezdan Dobrosaviljevic

Statistika…

Hibs

Free throws – 11 on 17

Baskets – 12 on 57

Three pointers – 3 on 16

Rebounds – 49

Assists – 6

Turnovers – 14

Steals – 5

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 19

Starlites

Free throws – 17 on 18

Baskets – 18 on 50

Three pointers – 5 on 16

Rebounds – 54

Assists – 16

Turnovers – 14

Steals – 6

Fouls Suffered – 18

Fouls Made – 18

It-tieni partita: Il-Ħadd 14 ta’ April – 14:30





Leave a comment