Starlites GIG jibqghu bla telfa

Monday, January 15, 2018, 18:01

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 40

Hibernians 45

(7-20)(13-3)(11-10)(9-12)

Hibernians irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Depiro 45-40 f’partita li baqgħet inċerta sat-tmiem u ġiet deċiża fl-aħħar ħinijiet. Iż-żewġ timijiet kellhom ġurnata negattiva fl-attakk b’persentaġġi baxxi u kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Kienu Hibs li kellhom l-aħjar bidu meta fetħu bl-ewwel ħdax –il punt tal-partita fosthom trippla minn Sam Brincat flimkien ma’ Rachel Kehoe u Silvia Gambino. Wara risposta minn Depiro b’żewġ baskets ta’ Steffi De Martino, Hibs komplew bi trippla oħra ta’ Brincat u break ta’ 6-0 bil-punti ta’ Elena Cassar biex temmew l-ewwel sessjoni 20-7 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu speċjalment minn naħa ta’ Hibs li kienu llimitati għal 3 punti biss minn Sophie Abela u Kehoe. Depiro fetħu u għalqu l-perjodu b’żewġ three pointers ta’ Tina Mifsud u bejniethom kellhom il-punti ta’ Claire Ciantar u De Martino biex sal-intervall naqqsu d-distakk għal tlett punti 20-23.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu, punti fuq kull naħa ħallew l-istess distakk għal tul nofs is-sessjoni bil-Hibs dejjem fuq quddiem. Hawn wasal mument tajjeb minn Depiro bil-punti konsekuttivi ta’ De Martino u Ciantar u ħadu l-vantaġġ però punti ta’ Abela u Brincat poġġew lil Hibs fuq quddiem fi tmiem it-taqsima 33-31. L-aħħar sessjoni għal darb’oħra kienet ta’ skor baxx u għal tlett darbiet Depiro rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs però qatt ma marru fuq quddiem. Fl-aħħar minuta, basket minn Abela poġġa lil Hibs fuq quddiem bid-Depiro jfallu l-attakk suċċessiv. Gambino għamlet l-aħħar basket fejn sofriet ukoll il-foul biex l-azzjoni tagħha ssarffet fi tlett punti li serrħu ras il-Pawilisti li ħadu r-rebħa 45-40.

Depiro: M. Scicluna, T. Mifsud 6, C. Camilleri, M. Bonnett 1, S. De Martino 17, N. Agius, N. Agius, J. Xuereb, A. Lloyd 8, C. Ciantar 8.

 

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 6, S. Gambino 7, S. Brincat 12, I. Agius, J. Abela, S. Abela 4, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 11, K. Calleja, J. Scerri 5.

Referees: Emanuel Mangani, Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Gżira Athleta 47

Starlites GIG 65

(13-21)(12-12)(10-18)(12-14)

Starlites GIG baqgħu mingħajr telfa fil-kampjonat meta

Ritratt: Wally Galea

għelbu wkoll lil Gżira Athleta 65-47. Il-problemi għal coach tal-Athleta Ruth Spiteri żdiedu hekk kif kellha tagħddi minghajr Beverlee Zammit u Leanne Duncan li kienet biss spettatriċi fuq il-bank tul il-partita kollha. Għal xi ħin Athleta tilfu wkoll lill-Amerikana Amelia Simmons b’injury u wara li daħlet lura sabet diffikulta tesprimi l-logħob solitu tagħha. Minn naħa l-ohra Starlites kellhom in-nuqqas ta’ Danielle Agius u Emma Magrin però rkupraw lil Kim Pirotta. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi Starlites imorru fuq quddiem wara trippla ta’ Kirsty Galea. Hawn kellha tinbidel Simmons u Athleta ħassew in-nuqqas tagħha hekk kif Starlites kellhom run ta’ 13-0 bil-punti ta’ Patricia Arguello flimkien ma’ trippla ta’ Jean Doughty u marru 19-7 minn fuq. Athleta waqqfuhom bi trippla ta’ Denise Said Hollier però Starlites kienu għadhom 21-13 minn fuq fi tmiem is-sessjoni. Fit-tieni perjodu, Starlites kellhom run ohra ta’ 10-2 b’żewġ three pointers minn Arguello. Said Hollier ukoll wieġbet b’żewġ trippli għall-Athleta però fl-intervall Starlites kellhom vantaġġ ta’ 8 punti 33-25.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni punti minn Antoinette Borg ressqu lill-Athleta viċin. Hawn iżda Starlites reġgħu ħadu kontroll tal-partita bi break iehor ta’ 13-0 b’diversi punti ta’ Galea flimkien ma’ Samantha Farrugia u Hayley Acreman. Athleta kellhom il-punti ta’ Sharon Vella però l-vantaġġ ta’ Starlites kien għadu komdu 51-35. Fl-aħħar sessjoni, Starlites baqgħu jikkontrollaw hekk kif iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin u Athleta qatt ma resqu viċin biżżejjed biex jieħdu r-rebħa. Lejn it-tmiem Starlites saħħew ir-riżultat bil-punti ta’ Farrugia u Arguello biex ħarġu rebbieħa 65-47.

Gzira Athleta: S. Pisani, L. Duncan, A. Simmons 11, D. Said Hollier 14, A. Borg 12, J. Schembri 5, S. Vella 5, E. Pace, C. Mifsud.

Starlites GIG: K. Pirotta, K. Galea 18, J. Doughty 3, S. Farrugia 8, H. Acreman 8, D. Revol, J. Micallef, P. Arguello 16, M. Cutajar 6, S. Davies 4, A. Lupo 2.

Referees: Bernard Vassallo, Miklos Rajzki, Kamil Dworniczak.

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

3

3

0

6

181

143

Depiro

4

2

2

6

198

195

Hibs

3

2

1

5

149

146

Gżira Athleta

3

1

2

4

155

170

Caffe Moak Luxol

3

0

3

3

138

167





Leave a comment