Starlites GIG jibdew l-istaġun bir-rebħ tat-Tazza Indipendenza

Monday, September 24, 2018, 22:37

Tazza tal-Indipendenza 2018 – Nisa

minn Colin Schembri

Fit-tazza Indipendenza tan-nisa ħadu sehem ic-champions Hibs,

Ritratt: Wally Galea

Caffè Moak Luxol, Starlites Gig u Depiro. It-team ta’ Athleta mhux se jipparteċipaw dan l-istaġun u diversi players tagħhom marru ma’ timijiet oħrajn fosthom Amelia Simmons u Leanne Duncan li rreġistraw ma Hibs. Antoinette Borg, Sharon Vella, Beverlee Zammit u Chantelle Mifsud ingħaqdu ma Luxol u Denise Said Hollier ma’ Depiro. Starlites ukoll ippreżentaw l-akkwisti ġodda Josephine Grima, Maria Bonett u Christina Curmi. Hibs ukoll kellhom ir-ritorn ta’ Hannah Al Tumi però kellhom diversi players neqsin. Kellna d-debutt ta’ żewġ players barranin – Ashley Gray ta’ Depiro u Alexis Dilord ta’ Luxol. L-erbgħa timijiet lagħbu round wieħed kontra xulxin b’dawn ir-riżultati:

Depiro – Caffe Moak Luxol 33-29

Hibs – Starlites GIG 24-35

Depiro – Hibs 47-38

Caffe Moak Luxol vs Starlites GIG 40-45

Hibs vs Caffe Moak Luxol 57-63

Starlites GIG vs Depiro 42-27

Fl-ewwel semi-finali Starlites reġgħu għelbu lil Hibs 53-49 fil-waqt li Depiro rreżistew għar-rimonta ta’ Luxol biex ħarġu rebbieħa 47-44 b’punti minn Gray u Gaby Mifsud li wkoll irritornat f’Malta wara staġun fl-Italja.

Fil-partita finali Starlites iltaqgħu kontra Depiro. Il-partita fetħet bi three pointers

Ritratt: Wally Galea

fuq kull naħa bi Starlites ikomplu b’run ta’ 8-0 biex temmew l-ewwel taqsima fuq quddiem 24-13. Fit-tieni taqsima Depiro tħabtu biex jersqu viċin tal-avversari però l-aktar li waslu kien sa’ 7 punti 37-44 iżda ma kienx biżżejjed hekk kif Starlites ħarġu rebbieħa 46-38 biex rebħu l-ewwel unur tagħhom fl-għola livell. Fi tmiem il-kompetizzjoni l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport l-Onorevoli Ryan Callus flimkien mal-President tal-MBA Paul Sultana ppreżentaw il-midalji lill-finalisti u t-trofew lil Samantha Farrugia captain ta’ Starlites Gig.





Leave a comment