Starlites GIG jerġgħu jmorru minn fuq

Saturday, May 11, 2019, 20:15

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 74

Starlites GIG 76

(15-14)(20-26)(17-20)(18-10)(4-6)

Tmiem iehor drammatiku ikkarateriżża din il-finali bejn Gżira Athleta u Starlites GIG b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa 76-74 wara l-ħin barrani biex issa jinsabu rebħa ‘l bogħod mir-rebħ tal-kampjonat. Starlites dehru resqin lejn rebħa fil-ħin regolamentari però basket ta’ Ian Felice Pace kien imħassar wara deċiżjoni tal-uffiċjali u mill-attakk ta’ wara Luca Stefanovic għamel three pointer eżatt mal-horn finali biex tefa’ l-partita fil-ħin barrani. Athleta kellhom nieqsa lil Julian Wait u Nicolo Guida għal din il-partita. Kienu Starlites li għamlu l-ewwel żewġ baskets però Athleta rrispondew b’run ta’ 13-0 fosthom trippla ta’ Nathan Xuereb u punti minn Matthew Gouder u Jonathan Ransley. Starlites irkupraw u kienu huma li għamlu run ta’ 10-0 permezz ta’ Miguel Fazon u Felice Pace però basket ta’ Francesco Mifsud Bonnici ra lill-Athleta jtemmu t-taqsima 15-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien hemm trippla fuq kull naħa minn Matthew Scerri u Gouder qabel ma Starlites għamlu run ta’ 10-2 biex marru 5 minn fuq 27-22. Mifsud Bonniċi ġab tlett punti lura bi trippla però Scerri wieġeb għal Starlites. Athleta waslu sa’ punt ‘l bogħod iżda baskets ta’ Felice Pace u Nenad Stojanovski reġgħu raw lil Starlites jidħlu jistrieħu 40-35 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Athleta bdew bil-punti ta’ Stefanovic u Stefan Vincic però Starlites kellhom risposta minn Scerri, Falzon u trippla ta’ Stojanovski għal vantaġġ ta’ 8 punti 47-39. Wara li Athleta naqqsu d-distakk mill-ġdid, Starlites kellhom run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Falzon u Isaac Pace fost l-oħrajn biex marru 12 minn fuq 60-48. Qabel intemmet it-taqsima Athleta kellhom il-punti ta’ Gouder u Ransley għal skor ta’ 52-60. Fl-ewwel ħinijiet tal-aħħar taqsima, Starlites reġgħu marru 12 minn fuq però Athleta ma ċedewx u rnexxielhom jagħqqdu break ta’ 12-2 bi trippla ta’ Xuereb biex waslu sa’ basket ‘l bogħod. Starlites fallew xi free-throws u kellhom ukoll il-basket imħassar ta’ Felice Pace biex fl-aħħar żewġ sekondi Athleta salvaw il-partita bit-trippla ta’ Stefanovic fuq skor ta’ 70-70. Il-ħin barrani kien nieqes mill-punti hekk kif kien hemm tensjoni fuq iż-żewġ naħat. Wara li Starlites ħadu vantaġġ ta’ 3 punti reġa’ kien Stefanovic li ppareġja bi trippla però l-aħħar punti ġew minn Starlites għaliex Athleta ma sarrfux l-aħħar pusses tal-partita u Starlites ħarġu rebbieħa 76-74. Ir-raba’ logħba ssir it-Tlieta 14 ta’ Mejju fis-19:30.

Gżira Athleta: C. Schembri, F. Mifsud Bonnici 12, E. Abela, L. Stefanovic 12, S. Galea, N. Xuereb 16, M. Gouder 18,  S. Vincic 5, J. Ransley 11, R. Abela.

 

Starlites GIG: O. Psaila 2, M. Azzopardi 2, L. Vella, I. Felice Pace 8, M. Fabri, I. Pace 11, M. Scerri 21, M. Falzon 13, L. Riolo, A. Xuereb 2, M. Vella, N. Stojanovski 16.

Referees: Tuomas Mantere, Zvezdan Dobrosaviljevic, Daniella Torok.





Leave a comment