Starlites GIG jerbħu t-tieni logħba u jidħlu fil-finali

Monday, April 1, 2019, 19:16

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 62

Starlites GIG 81

(15-16)(8-21)(19-28)(20-16)

Se jkunu Starlites GIG li se jikkontestaw il-finali għar-rebħ tal-kampjonat għall-ewwel

Ritratt: Wally Galea

darba fl-istorja tagħhom u jistennewhom hemm ic-Champions renjanti Hibernians. Fit-tieni semi-finali tal-play-offs fuq l-aħjar minn tlett partiti, Starlites reġgħu rebħu lil Caffè Moak Luxol 81-62 bil-Luxol iżommu l-pass sal-ewwel sessjoni. Fil-fatt fl-ewwel perjodu ż-żewġ timijiet bdew kontinwament jirrispondu lil xulxin bil-vantaġġ idur minn naħa għall-oħra. Luxol kellhom trippla ta’ Sarah Pace flimkien mal-punti ta’ Ina Baena. Starlites kellhom risposta minn Maria Bonett u Christina Curmi flimkien ma’ trippla ta’ Kristy Galea u temmew is-sessjoni 16-15 minn fuq. It-tieni taqsima kienet storja totalment differenti hekk kif Starlites fetħu b’run qawwija ta’ 19-0 li tista’ tgħid għalqet il-partita hemmhekk. Huma kellhom lil Patricia Arguello u Galea bi three pointer u aktar punti minn Curmi u Michela Zammit Cordina biex marru 35-15 minn fuq. Luxol finalment wieġbu permezz ta’ Alexis Dillard, Antoinette Borg u trippla ta’ Kay Portelli però Starlites daħlu jistrieħu 37-23 minn fuq.

Wara l-intervall il-player Giocelis Reynoso ta’ Starlites daħlet iktar fil-partita u sensiela ta’ free-throws tagħha komplew ikabbrulhom il-vantaġġ minkejja li Portelli u Dillard kellhom il-punti għal Luxol. Starlites komplew b’run oħra ta’ 9-3 maqsuma bejn Arguello u Reynoso biex temmew il-perjodu 65-42 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni ftit kien għad fadal storja biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin b’runs qosra. Luxol kellhom three pointers minn Baena u Monique Caruana però Starlites malajr wieġbu permezz ta’ Arguello u Josephine Grima biex ħarġu rebbieħa 81-62. Is-serje finali bejn Hibernians u Starlies għar-rebħ tal-kampjonat tibda l-Ħamis 11 t’April bl-ewwel partita minn serje ta’ ħamsa.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, B. Zammit, I. Baena 19,  No. Vella, S. Vella 2, K. Portelli 10, A. Borg, P. Ellul, M. Caruana 3, L. Caruana Montaldo, C. Mifsud, A. Dillard 19.

 

Starlites: M. Zammit Cordina 5, K. Galea 13, M. Riolo, S. Farrugia, M. Bonett 7, G. Reynoso 18, C. Curmi 12, J. Grima 9, P. Arguello 17, H, Acreman, S. Davies,F. Fabok.

Referees:  Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Daniella Torok.





Leave a comment