Starlites GIG jerbħu n-Knock Out

Monday, February 17, 2020, 22:29

St. James Hospital Knock-out Nisa – Finali

Starlites GIG 82

ARMS Depiro 50

(20-12)(12-7)(29-12)(21-19)

Starlites GIG huma r-rebbieħa tal-MSV Life Knock-out tan-nisa għal Ritratt: Wally Galeadan l-istaġun wara li fil-finali għelbu lil ARMS Depiro 82-50. Starlites li fis-semifinali eleminaw lil Hibernians kienu l-favoriti li jiksbu dan l-unur hekk kif huma kienu diġa għelbu lil Depiro erba’ darbiet dan l-istaġun. Dan huwa t-tieni unur għal David Baudot u l-players tiegħu dan l-istaġun wara r-rebħ tas-Shield aktar qabel. Depiro żammew il-pass mal-avversarji għal xi ħin però l-esperjenza tal-players ta’ Starlites fuq iż-żgħażagħ ta’ Depiro ħalliet impatt fuq il-partita speċjalment mit-tielet sessjoni ‘l quddiem. Depiro kellhom nieqsa lil Noelene u Nicole Agius u daħlu lura Claudia Camilleri u Nicole Ebejer fil-waqt li Starlites kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Kienu Depiro li għamlu l-ewwel punti tal-partita bi Starlites jirrispondu bi trippli ta’ Maria Bonett u Michela Zammit Cordina. Depiro kellhom il-baskets tal-Amerikana Hannah Johnson biex baqgħu viċin tal-avversarji. Hawn però Starlites għamlu run ta’ 11-3 bi trippla ta’ Patricia Arguello flimkien mal-punti ta’ Mikela Riolo u Bonett biex temmew l-ewwel sessjoni 20-12 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Depiro naqqsu d-distakk bil-baskets ta’ Johnson u Claire Ciantar. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Christina Curmi u Stephanie Davies u għalqu l-perjodu bil-baskets ta’ Zammit Cordina u Riolo għal skor ta’ 32-19.

Wara l-intervall, Starlites kabbru l-vantaġġ b’aktar punti ta’ Zammit Cordina u Steffi De Martino. Depiro waqqfuhom pemezz ta’ Johnson u Ciantar iżda Starlites malajr komplew bi break ieħor ta’ 12-2 għal skor ta’ 52-29. Qabel intemmet is-sessjoni kien hemm ukoll trippla oħra minn Arguello  flimkien ma’ baskets minn Bonett u De Martino biex Starlites temmew il-perjodu 61-31 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni l-andament tal-partita baqa’ l-istess hekk kif Starlites ikkontrollaw il-vantaġġ komdu li kellhom. Depiro ppruvaw inaqqsu d-distakk bil-punti ta’ Johnson u Julia Scerri b’Zammit Cordina twieġeb għal Starlites bi trippla u diversi fast breaks. Lejn it-tmiem kienet Johnson li għamlet 8 punti oħra għal Depiro bi Starlites jagħlqu l-partita bil-punti ta’ Marilou Cutajar u jerbħu l-finali 82-50 fost il-ferħ tal-players, diriġenti u partitarji tagħhom. Fi tmiem il-partita, l-President tal-MBA Paul Sultanta ppreżenta l-unur tal-MVP tal-finali

Ritratt: Wally Galea

lil player ta’ Starlites Michela Zammit Cordina fil-waqt li s-Sur Michael Galea Chief Business Development Officer tal-Mapfre MSV Life ppreżenta t-trofew tan-Knock-Out lil captain Samantha Farrugia.

Starlites Gig: M. Zammit Cordina 22, M. Riolo 4, A. Micallef 6, S. Farrugia 4, M. Bonett 11, C. Curmi 4, S. De Martino 9, P. Arguello 16, M. Cutajar 2, S. Davies 2, A. Lupo 2.

 

ARMS Depiro: J. Mallia, N.Borg, C. Camilleri, F. Mifsud, N. Ebejer, D. Said Hollier, M. Scicluna 1, C. Ciantar 13, J. Scerri 9, N. Hili 4, H. Johnson 23, E. Cassar.

Referees: Bernard Vassallo, Vladimir Nikolic, Sejmir Tafilika





Leave a comment