Starlites GIG itemmu t-tieni round fil-quċċata

Monday, February 24, 2020, 20:00

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Luxol 82

Gżira Athleta 69

(29-10)(22-19)(12-17)(19-23)

Luxol kisbu rebħa mportanti fuq ic-champions renjanti Gżira Athleta biex baqgħu jittamaw għal post fil-play-offs fejn b’waħda mill-aħjar wirjiet tagħhom tal-istaġun ħarġu rebbieħa 82-69. Huma kellhom nieqes lil Stefan Cappello fil-waqt li Athleta wkoll kellhom żewġ players neqsin meta kienu mingħajr Peter Shoults u Shawn Pace flimkien ma’ Milos Novakovic li għadu barra b’injury. Luxol kellhom bidu mill-aqwa u minkejja li Athleta tħabtu biex jirkupraw qatt ma kienu ta’ theddida li jieħdu xi ħaġa minn din il-partita. Il-bidu kien bilanċjat fejn Athleta marru 7-6 minn fuq wara trippla ta’ Nathan Xuereb. Hawn Luxol ħasduhom b’run ta’ 18-2 bi trippla ta’ Keith Dimech u punti minn Vukassin Jandric, Francesco Mifsud Bonnici u l-Amerikan William Claiborne. Athleta kellhom biss basket minn Xuereb u ieħor ta’ Ian Thiesen qabel ma Luxol għamlu 5 punti oħra u temmew is-sessjoni 29-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu Athleta fetħu b’żewġ trippli minn Luca Stefanovic u Thiesen. Luxol tilfu xi blalen u Athleta baqgħu jnaqqsu d-distakk għal 9 punti wara t-tieni trippla ta’ Thiesen. Wara time-out, Luxol irkupraw u bi trippla ta’ Jean Paul Schembri fetħu run ta’ 9-0 u minkejja li Thiesen għamel trippla oħra, Luxol daħlu jistrieħu 51-29 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol fetħu b’żewġ trippli minn Dimech u Nikola Andrejevic. Ir-risposta tal-Athleta ġiet b’seba’ punti fosthom minn Connell Crossland li kellhu partita kwieta flimkien ma’ Xuereb u Matthew Gouder. Luxol xorta baqgħu jikkontrollaw hekk kif Jandric u Dimech kellhom aktar punti biex temmew it-taqsima 63-46 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kien hemm sforz ieħor minn Athleta bi trippli ta’ Thiesen u Xuereb iżda Luxol ukoll kellhom it-trippli minn Jandric u Dimech biex baqgħu b’vantaġġ komdu. L-aħħar tentattiv tal- Athleta wassalhom sa’ 10 punti ‘l bogħod però l-ħin kien kontrijhom u trippla ta’ Juan Cefai għalqet il-partita favur Luxol li rebħu l-partita 82-69.

Luxol: J. Cefai 3, V. Jandric 18, N. Andrejevic 3, E. Caruana Montaldo, F. Mifsud Bonnici 9, JP Schembri 6, K. Dimech 21, W. Claiborne 22.

Gżira Athleta: C. Crossland 13, E. Sciberras, L. Stefanovic 7, S. Galea 7, N. Xuereb 15, M. Gouder 13, I. Thiesen 14, N. Buhagiar, R. Abela.

Referees: Kamil Dworniczak, Luke Camilleri, Sejmir Tafilika

Depiro 67

Starlites GIG 89

(12-28)(18-24)(17-14)(20-23)

Starlites GIG approfittaw miż-żelqa tal-Athleta u rebħu l-partita li għalqet

Ritratt: Wally Galea

it-tieni round kontra Depiro 89-67 u spiċċaw ir-round fl-ewwel post tal-klassifika fuq il-koppja Hibernians-Athleta. Depiro issa jridu jittamaw f’rebħ fit-tielet u l-aħħar round biex jaslu fil-play-offs hekk kif intlaħqu minn Luxol. Huma kienu mingħajr l-Amerikan Quin Cooper u Nicholas Grech għalkemm irkupraw lil Omar Said. Depiro għamlu l-ewwel ħames punti tal-partita minn Adam Chomo u trippla ta’ Kurt Xuereb. Hawn Starlites bdew jirrispondu u għamlu run ta’ 12-0 bi trippla ta’ Robert Bonnici flimkien ma’ Konor Kulas li partita wara l-oħra qiegħed jikkonferma l-potenzjal tiegħu. Wara risposta minn Cordarius Johnson u Xuereb għal Depiro, Starlites komplew b’run oħra ta’ 10-1 bit-three pointers ta’ Matthew Scerri u Ian Felice Pace biex temmew l-ewwel sessjoni 28-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu Depiro fetħu bil-punti ta’ Andy Attard fosthom trippla però r-risposta ta’ Starlites ma damitx biex waslet minn Felice Pace u Miguel Falzon. Kulas ukoll kiseb aktar punti wara xulxin flimkien ma’ trippla ta’ Ryan Carabott li rat lil Starlites jidħlu jistrieħu 52-30 minn fuq.

Fit-tielet perjodu kien imiss lil Alec Felice Pace jiftaħ bi trippla għalkemm Depiro wieġbu permezz ta’ Chomo u Johnson. Starlites kellhom trippla oħra minn Scerri qabel ma Depiro għalqu s-sessjoni b’seba’ punti mingħajr risposta għal skor ta’ 66-47. Fl-aħħar taqima l-logħob kine aktar miftuh bil-players kollha jieħdu sehem u dawk ta’ Starlites saħansitra kollha jniżżlu isimhom mal-iskorers. Johnson finalment irnexxielhu jagħmel trippla wara tmien tentattivi però Kulas kompla bil-punti u basket taż-żagħżugħ Miguel Fabri għalaq il-partita fuq skor finali ta’ 89-67.

Depiro: C. Johnson 21, D. Farrugia 8, O. Said 5, K. Xuereb 5, M. Borg 3, M. Brincat A. Chomo 22, A. Attard 6,T. Zammit.

 

Starlites GIG: A. Felice Pace 9, B. Zammit 2, R. Bonnici 6, I. Felice Pace 11, M. Fabri 2, M. Falzon 4, M. Scerri 8, R. Carabott 5, K. Kulas 36, R. Ahearn 6.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites GIG

8

6

2

14

708

660

Hibernians

8

5

3

13

686

633

Gżira Athleta

8

5

3

13

659

617

Depiro

8

2

6

10

690

742

Bupa Luxol

8

2

6

10

618

709

 





Leave a comment