Starlites Gig idawwru l-iżvantaġġ u jidħlu fil-finali kontra Gżira Athleta

Wednesday, December 19, 2018, 21:46

Tazza Louis Borg Irġiel – Semifinali

minn Colin Schembri

Floriana MCP Car Parks 75

Gżira Athleta 81

(19-28)(18-21)(18-21)(20-11)

Wara s-suċċess miksub fl-ewwel leg, Gżira Athleta kisbu wkoll rebħa fit-tieni

Ritratt: Wally Galea

partita tas-semi-finali tagħhom kontra Floriana MCP Car Parks biex għaddew għall-finali. Floriana, minkejja li ħarġu telliefa, offrew oppożizzjoni aħjar minkejja li kellhom nieqes lill-Amerikan Ian Thiesen. Għall-Athleta l-Amerikan Carson Shanks kien qiegħed jilgħab l-aħħar partita tiegħu hekk kif Athleta mistennija li jirreġistraw barranin ġodda fis-suq ta’ Jannar.  Floriana bdew bil-punti ta’ David Bugeja u trippla ta Kurt Xuereb qabel ma Athleta għamlu run ta’ 11-2 b’diversi punti ta’ Shanks. Huma kellhom ukoll trippla ta’ Vincent Pace u l-punti ta’ Kwame Thompson bi Floriana jwieġbu permezz ta’ Bugeja u Xuereb. Athleta għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Peter Shoults għal skor ta’ 28-19. Fit-tieni perjodu kien hemm aktar three pointers fejn beda Bugeja għal Floriana b’Athleta jirrispondu bi tnejn oħra ta’ Shoults u Pace f’run ta’ 10-2. Floriana naqqsu d-distakk wara punti ta’ Xuereb u trippla ta’ Shaun Pace iżda fl-intervall Athleta kienu għadhom 12 minn fuq 49-37.

Fit-tielet taqsima ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bi Floriana jitħabtu biex jibqgħu viċin. F’din is-sessjoni l-punti tal- Athleta kienu maqsuma bejn it-tlett Amerikani tagħhom u għalquha b’run ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Pace għal skor ta’ 70-55. Fl-aħħar taqsima, minkejja ċ-ċertezza tal-kwalifikazzjoni tal-Athleta, l-partita baqgħet interessanti hekk kif Floriana tħabtu biex jippruvaw jerbħu dan it-tieni leg. Punti konsekuttivi ta’ Bugeja u Xuereb flimkien ma’ Gael Hulson wassluhom sa’ basket ‘l bogħod 69-71 bl-Athleta jwieġbu b’żewġ three pointers minn Thompson u Luca Stefanovic u reġgħu marru 10 minn fuq. L-aħħar punti ta’ Floriana ġew kollha minn Bugeja u Athleta għalqu l-partita b’basket ta’ Pace għal skor ta’ 81-75 u għaddew b’aggregate ta’ 178-143.

Floriana MCP Car Parks: S. Pace 3, D. Bugeja 32, I. Arias 2, S. Borg, K. Caruana 2, K. Liivamangi 7, C. Calleja, K. Xuereb 23, G. Hulsen 6.

 

Gżira Athleta: M. Gauchi Montaldo , P. Shoults 6, L. Stefanovic 3, A. Perunicic 4, N. Xuereb, M. Gouder 4, K. Thompson 19, V. Pace 22, I. Mitrovic 3, C. Shanks 20.

Referees: Tuomas Mantere, Nicky Azzopardi, Daniella Torok

Starlites GIG 92

Depiro 76

(30-31)(25-17)(13-17)(24-11)

Starlites GIG irnexxielhom jaqilbu r-riżultat kontra Depiro meta rebħu t-tieni leg 92-76 biex għaddew għall-finali kontra Athleta b’aggregate ta’ 173-168. Run deċisiva ta’ 14-0 fit-tieni taqsima dawwret l-andament tal-partita u fl-aħħar sessjoni Depiro tilfu lill-Amerikan Trent Steen bil-ħames foul għalkemm kien hemm protesti qawwija hekk kif huma nsistew li l-foul sar minn Adam Chomo bir-referee Malek Hraisha jibqa konvint bid-deċiżjoni tiegħhu. Wara r-rebħa ta’ 92-81 fl-ewwel leg, Depiro fetħu din il-partita bl-ewwel sitt punti fosthom trippla ta’ Keshaun Hamilton. Starlites bdew jirrispondu permezz tal-Amerikani Jordan Stotts u Cameron Ward  biex trippla ta’ Robert Bonnici għamlet l-iskor indaqs 15-15. Starlites marru fuq quddiem wara run ta’ 8-2 però Depiro ġew lura bil-punti ta’ Steen u Hamilton flimkien ma’ Andrew Aquilina biex is-sessjoni għalqet fuq skor mill-isbaħ ta’ 31-30 favur Depiro. Fit-tieni taqsima, Starlites fetħu bil-punti ta’ Alec Felice Pace u Andrew Sears u għal darbtejn irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs. Depiro kellhom żewġ trippli minn Nicholas Grech u Jack Nygaard biex reġgħu marru sebgħa minn fuq 48-41. Hawn però waslet run ta’ 14-0 minn Starlites li bdijha Ward u komplew Felice Pace u Bonnici biex daħlu jistrieħu 55-48 minn fuq.

Wara l-intervall il-punti naqsu xi ftit u għalkemm Starlites baqgħu minn fuq fil-partita, żewġ trippli ta’ Nygaard u basket minn Aquilina poġġew lil Depiro fuq quddiem bl-aggregate għalkemm is-sessjoni għalqet bi Starlites fuq quddiem 68-65. Fl-aħħar sessjoni kien hemm trippla ta’ Ward għal Starlites bid-Depiro jwieġbu bil-punti ta’ Hamilton biex jibqgħu fuq quddiem bl-aggregate. Wara l-ħames foul ta’ Steen, Starlites wieġbu bi trippla ta’ Felice Pace flimkien mal-punti ta’ Joe Tagarelli biex qalbu l-iskor favurhom. Nygaard għamel trippla oħra għal Depiro qabel ma Starlites għalqu s-sessjoni bl-aħħar seba’ punti biex rebħu l-partita 92-76.

Starlites Gig: O. Psaila, N. Formosa 4, R. Bonnici 5, C. Ward 25, M. Falzon, A. Felice Pace 9, R. Carabott, M. Scerri, A. Sears 11, J. Tagarelli 15, J. Scotts 22.

 

Depiro: T. Steen 20, K. Hamilton 22, J. Attard, A. Aquilina 5, N. Grech 3, O. Said 4, D. Farrugia, M. Mallia 2, M. Borg, J. Nygaard 20, A. Chomo, A. Attard.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Malek Hraisha





Leave a comment