Starlites GIG fis-semi-finali wara rebħa drammatika

Monday, January 27, 2020, 18:13

Bank of Valletta Knock-out Irġiel

minn Colin Schembri

Starlites GIG 71

Gżira Athleta 70

(18-17)(19-25)(17-15)(17-13)

F’partita bi tmiem drammatiku kienu Starlites GIG li ħadu r-rebħa fuq Gżira Athleta biex eleminawhom mill-BOV Knock-out fir-round preliminari. Kienet partita li laħqet il-qofol tagħha fl-aħħar sekondi wara li Starlites fallew diversi free-throws biex ħallew lil Athleta viċin u Peter Shoults poġġijhom fuq quddiem fl-aħħar sitt sekondi. Wara waslet deċiżjoni tal-uffiċjal Kamil Dworniczak fejn saffar foul kontra Ian Thiesen, deċiżjoni li qajjmet protesti kbar minn naħa tal-Athleta u li poġġiet lil Konor Kulas fuq il-free-throw line fejn wara li kien tilef erbgħa, din id-darba ma żbaljax. Athleta kien għad fadlilhom ċans li jsalvaw il-partita bl-aħħar ballun ta’ Nathan Xuereb ma jidħolx.  Athleta  kellhom lil Conell Crossland mhux f’sikktu wara injury fit-taħriġ tant li daħal jilgħab biss għal 12 -il minuta wara l-intervall. Il-partita bdiet b’minuta silenzju b’tislima għal missier il-coach ta’ Starlites Paul Ferrante li ħalliena ftit tal-ġranet ilu.

Ritratt: Wally Galea

Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippli minn Luca Stefanovic flimkien ma’ Matthew Gouder u Milos Novakovic. Starlites wieġbu permezz ta’ Matther Scerri u l-Amerikani Kulas u Robert Ahearn u basket ta’ Alec Felice Pace rahom itemmu t-taqsima fuq quddiem 18-17. Fit-tieni perjodu Athleta reġgħu ħadu l-vantaġġ wara punti ta’ Gouder fosthom trippla. Starlites baqgħu viċin hekk kif kellhom risposta minn Robert Bonnici u trippla ta’ Ian Felice Pace. Hawn però Athleta ħadu l-akbar vantaġġ tal-partita minn three pointers ta’ Peter Shoults, Shawn Pace u Gouder u marru 10 minn fuq 42-32. Sal-intervall Starlites irnexxielhom jerġgħu jnaqqsu d-distakk bin-nofs wara basket ta’ Felice Pace u trippla ta’ Matthew Scerri għal skor ta’ 42-37.

Fit-tielet taqsima Athleta reġgħu kabbru l-vantaġġ wara trippli minn Novakovic u Ian Thiesen. Għal Starlites Kulas daħal iktar fil-partita wara żewġ sessjonijiet kwieti u flimkien ma Alec Felice Pace mexxiew ir-rimonta ta’ Starlites li wasslithom sa’ 3 punti ‘l bogħod 54-57 fi tmiem il-perjodu. Fir-raba’ taqsima kien hemm mument mill-aqwa għal Starlites li għamlu run ta’ 11-0 bi tlett trippli konsekuttivi minn Kulas u Bonnici u marru 4 minn fuq 67-63. Athleta li sa dan it-tant daħħlu lil Crossland fuq il-court, wieġbu bi trippla ta’ Shoults u basket tal-Amerikan biex reġgħu marru minn fuq. Hawn waslu l-aħħar sekondi tal-partita, deskritti aktar qabel bil-vantaġġ jinbidel darbtejn però finalment kienu Starlites li ħadu r-rebħa 71-70.

Starlites GIG: A. Felice Pace 6, B. Zammit, R. Bonnici 17, I. Felice Pace 5, M. Fabri, M. Falzon, M. Scerri 7, R. Carabott, K. Kulas 26, R. Ahearn 10.

Gżira Athleta: M. Novakovic 13, C. Crossland 4, E. Sciberras, P. Shoults 8, L. Stefanovic 8, S. Galea, N. Xuereb, M. Gouder 20, I. Thiesen 14, E. Abela, R. Abela, S. Pace 3.

Referees: Bernard Vassallo, Ivica Simic, Kamil Dworniczak





1 Comment

  1. Kamil says:

    Ghaxxaqta Kamil. Foul bla sens, nahseb hlomtu.

    [Reply]

Leave a comment