Starlites GIG bir-raba’ rebħa konsekuttiva fil-kampjonat

Monday, February 3, 2020, 18:03

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Luxol 65

Hibernians 83

(16-25)(19-15)(14-20)(16-23)

Hibernians ħadu ir-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Luxol 83-65. Luxol irkupraw lil Vukassin Jandric li tilef l-aħħar partita tagħhom fil-waqt li Hibs kienu bl-iskwadra kompleta. Luxol kienu fil-partita għal ħin twil però lejn l-aħħar tat-tielet perjodu sofrew run ta’ 11-0 li rat lil Hibs jieħdu kontroll tal-partita. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 6-2 wara punti tal-Amerikan William Claiborne li però sab avversarju iebes f’Ivan Demcesen taħt il-boards. Hibs kellhom risposta minn trippla ta’ Chandler Rowe flimkien ma’ David Bugeja u Nikola Vasovic qabel ma Keith Dimech għamel trippla għal vjola. Hawn Hibs kellhom run ta’ 10-2 b’żewġ three pointers minn Rowe u Vasovic biex temmew l-ewwel sessjoni 25-16 minn fuq. Fit-tieni perjodu Hibs kabbru l-vantaġġ bi break ieħor qasir ta’ 7-2. Hawn waslet risposta minn Luxol, l-ewwel bi trippla ta’ Francesco Mifsud Bonnici u komplew b’run ta’ 12-1 biex naqqsu d-distakk għal punt. Huma kellhom il-punti ta’ Jandric flimkien ma Claiborne u Stefan Capello però punti minn Demcesen u David Bugeja raw lil Hibs jidħlu jistrieħu 40-35 minn fuq.

Wara l-intervall kienu Luxol li reġgħu bdew l-aħjar bi break ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Mifsud Bonnici biex marru minn fuq 42-40. Hibs kellhom risposta minn Marco Matijevic u l-Amerikan Jay Hardy iżda trippla ta’ Jandric u basket ta’ Claiborne ippareġjaw il-partita 49-49. Hawn wasal break importanti minn Hibs ta’ 11-0 b’Vasovic protagonist flimkien ma’ Matijevic u Rowe għal skor ta’ 60-49. Fl-aħħar sessjoni Hibs komplew isaħħu l-vantaġġ wara trippli minn Vasovic u Bugeja għalkemm Luxol ppruvaw jerġgħu jirkupraw permezz ta’ Claiborne. Però run oħra ta’ 11-2 bi trippli minn Hardy u Paul Attard temmet kull tama ta’ Luxol hekk hif Hibs fetħu vantaġġ ta’ 20 punt u rebħu l-partita 83-65.

Luxol: J. Cefai, V. Jandric 12, K. Gauchi, E. Caruana Montaldo, F. Mifsud Bonnici 9, JP Schembri 2, K. Dimech 7, I. Pace, L. Trapani, W. Claiborne 31, S. N. Andrejevic, S. Cappello 4.

 

Hibernians: P. Attard 3, D. Bugeja 12, K. Caruana, L. Farrugia, J. Hardy 10, I. Bonnett, N. Vasovic 17, A. Axiaq 2, M. Matijevic 14, M. Attard, C. Rowe 17, I. Demcesen 8.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri, Zvezdan Dobrosaviljevic

Gżira Athleta 72

Starlites GIG 76

(18-15)(16-21)(20-28)(18-12)

Ġimgħa wara li eleminawhom minn knock out, Starlites GIG għelbu

Ritratt: Wally Galea

wkoll lil Gżira Athleta fil-kampjonat biex tawhom it-tieni telfa konsekuttiva għalkemm xorta baqgħu jzommu l-ewwel post. Starlites saħħew it-tielet post però għandhom partita anqas u jinsabu fuq run ta’ erba’ rebħiet konsekuttivi. Athleta rkupraw lil Conell Crossland wara li kien lagħab għal ftit minuti fin-Knock-out però tul il-partita tilfu lil Milos Novakovic b’injury fl-għaksa. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ permezz ta’ Crossland u trippla ta’ Shawn Pace. Starlites kellhom il-punti tal-Amerikani Konor Kulas u Robert Ahearn u Robert Bonnici. Trippli fuq kull naħa minn Crossland u Matthew Scerri ħallew lil Athleta sebgħa minn fuq qabel ma Starlites għalqu l-perjodu bil-free-throws ta’ Alec Felice Pace u Ryan Carabott għal skor ta’ 18-15. Fit-tieni perjodu kienu Starlites li ħasdu lill-avverarji b’run ta’ 12-2 b’Scerri jikseb trippla oħra flimien ma’ Felice Pace u Kulas. Athleta ġew lura u għal xi ħin basket wieħed kien jifred liż-żewġ timijiet li bdew jirrispondu lil xulxin. Starlites marru 5 minn fuq però trippla ta’ Matthew Gouder naqqset id-distakk mill-ġdid 34-36.

Wara l-intervall Scerri kompla jiddistingwixxi ruħhu b’aktar trippli li ħallew lil Starlites fuq quddiem 46-40. Sensiela ta’ punti minn Ian Thiesen reġgħu dawwru l-iskor favur Athleta però Starlites wieġbu bi break ta’ 11-2 u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti sa’ tmiem it-taqsima 64-54. Fl-aħħar perjodu Athleta rkupraw u f’temp ta’ minuta u nofs ġabu l-iżvtantaġġ li kellhom u ppareġjaw il-partita 70-70 wara żewġ trippli minn Gouder u Pace. L-aħħar ħinijiet kienu missielta b’Kulas jerġa’ jpoġġi lil Starlites erbħa minn fuq bl-Athleta ma jirnexxielhomx jerġgħu jirkupraw u Starlites rebħu l-partita 76-72.

Gżira Athleta: M. Novakovic 4, C. Crossland 26, E. Sciberras, P. Shoults 5, L. Stefanovic, S. Galea, N. Xuereb, M. Gouder 18, I. Thiesen 11, E. Abela, R. Abela, S. Pace 8.

 

Starlites GIG: A. Felice Pace 11, B. Zammit, R. Bonnici 6, I. Felice Pace 5, M. Fabri, M. Falzon, M. Scerri 17, R. Carabott 4, K. Kulas 26, R. Ahearn 7.

Referees: Bernard Vassallo, Daniela Torok, Malek Hraisha

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

7

5

2

12

590

535

Hibernians

7

4

3

11

590

545

Starlites GIG

6

4

2

10

514

497

Depiro

6

2

4

8

535

557

Bupa Luxol

6

1

5

7

440

535

 





Leave a comment