Starlites fil-finali kontra ARMS Depiro wara rimonta fit-tieni partita

Tuesday, December 17, 2019, 21:41

Tazza Louis Borg Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 55

Hibernians 64

(13-21)(11-18)(21-14)(10-11)

Ir-rivalita bejn dawn iż-żewġ timijiet kompliet ankè fil-kompetizzjoni tat-tazza Louis Borg meta l-polza riedet li jiltaqgħu fis-semifinali. Hibs fetħu vantaġġ ta’ 9 punti fl-ewwel leg meta ħarġu rebbieħa 64-55. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin. Hibs bdew jiftħu vantaġp wara trippli minn Sam Brincat u Jasmine Abela flimkien ma’ Ashleigh Van Vliet. Starlites kellhom risposta minn Mikela Riolo u Patricia Arguello però Hibs temmew l-ewwel sessjoni 21-13 minn fuq. Hibs fetħu t-tieni perjodu b’erba’ punti oħra bi Steffi De Martino twieġeb għal Luxol. Brincat għamlet żewġ trippli oħra għal Hibs flimkien m’oħra ta’ Van Vliet biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 17 –il punt qabel ma’ De Martini wieġbet għal Starlites biex Hibs daħlu jistrieħu 39-24 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Starlites ħarġu iżjed determinati u għamlu 8 punti mingħajr risposta.

Ritratt: Wally Galea

Hibs waqqfuhom bi tlett punti minn Van Vliet però Starlites ħasduhom bi break ta’ 13-2 fosthom trippla ta’ Michela Zammit Cordina u punti ta’ Maria Bonett u Christina Curmi biex marru minn fuq 45-44. Hibs finalment wettqu reazzjoni u kienu huma li għamlu break ta’ 9-0 minn Van Vliet u Amelia Simmons biex temmew is-sessjoni 8 minn fuq 53-45. Fl-aħħar taqsima l-punti naqsu u wara li Starlites reġgħu naqqsu d-distakk permezz ta’ De Martino, Hibs għamlu sitt punti oħra għal skor ta’ 59-47. L-aħħar sforz ta’ Starlites wassalhom sa’ ħames punti ‘l bogħod 55-60 iżda l-aħħar punti tal-partita ġew minn Ylenia Bonett u Simmons għal Hibs li rebħu l-partita 64-55.

Starlites Gig: M. Zammit Cordina 8, M. Riolo 7, A. Micallef, S. Farrugia, M. Bonett 7, S. De Martino 15, C. Curmi 7, P. Arguello 11, M. Cutajar, A. Lupo.

Hibernians: B. Agius, J. Scerri 1, A. Van Vliet 12, S. Brincat 12, L. Duncan 6, J. Abela 10, C. Camilleri, A. Simmons 14, Y. Bonett 5, K. Calleja, K. Caruana 2, M. Buhagiar 2.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri, Kamil Dworniczak

Hibernians 55

 

Starlites GIG 69

(11-19)(19-14)(13-19)(12-17)

Starlites GIG wettqu rimonta stupenda fit-tieni partita tas-semi-finali tat-Tazza Louis Borg meta għelbu lil Hibernians 69-55 u għaddew b’aggregate ta’ 124-119. Hibs dehru team differenti mnn dak li rebaħ l-ewwel partita u l-okkażjonijiet mitlufa dak in-nhar swewhom qares f’din il-partita. Hibs fetħu tajjeb u għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-partita minn Leanne Duncan però minn hemm ‘l quddiem Starlites bdew jieħdu kontroll tal-partita. Huma bdew bil-punti ta’ Patricia Arguello u trippla ta’ Michela Zammit Cordina qabel ma Hibs reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Ashleigh Van Vliet. Hawn però Starlites kellhom run ta’ 11-2 b’diversi punti ta’ Steffi De Martino fosthom trippla, flimkien ma’ Mikela Riolo u Arguello u għalqu s-sessjoni 19-11 minn fuq. Starlites komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni perjodu b’run ta’ 9-2 bi trippla ta’ De Martino biex fetħu vantaġġ ta’ 16 -il punt 33-17. Hawn però Hibs ġew f’tagħhom u għamlu break ta’ 13-0 bi trippli minn Jasmine Abela  flimkien ma’ Amelia Simmons u Sam Brincat biex sal-intervall id-distakk niżel għal 3 punti bi Starlites fuq quddiem 33-30 però Hibs fil-vantaġġ bl-aggregate.

Wara l-mistrieħ, kien hemm punti fuq kull naħa fosthom żewġ trippli minn Brincat biex Hibs waslu sa’ basket ‘l bogħod. De Martino kompliet tmexxi r-rimonta ta’ Starlites hekk kif għamlet disa’ punti flimkien ma’ basket ta’ Anthea Micallef biex fi tmiem it-taqsima Starlites kienu disgħa minn fuq 52-43. L-aħħar sessjoni b’hekk riedet tiddetermina min se jikkwalifika u kienu Starlites li bdewha bl-aħjar mod bi break qasir ta’ 6-2. Hibs wieġbu permezz ta’ Van Vliet u Simmons però Starliteskellhom it-trippli ta’ De Martino u Christina Curmi biex fetħu vantaġġ ta’ 15 -il punt u post fil-finali. Hibs tħabtu biex jippruvaw jirkupraw però għaġġlu s-shots u Starlites bdew jagħmlu l-free-throws biex rebħu l-partita 69-55 u ċċelebraw il-post fil-finali.

Hibernians: B. Agius, A. Simmons 12, A. Van Vliet 12, S. Brincat 13, L. Duncan 6, J. Abela 12, C. Camilleri, Y. Bonett, N. Farrugia, K. Calleja, K. Caruana, M. Buhagiar 2.

Starlites Gig: M. Zammit Cordina 8, M. Riolo 4, A. Micallef 4, S. Farrugia, M. Bonett 5, S. De Martino 28, C. Curmi 11, P. Arguello 8, M. Cutajar, A. Lupo.

Referees: Gordon Barbara, Nathan Xuereb, Sejmir Jafilika

ARMS Depiro 82

Luxol 65

(18-17)(20-16)(21-13)(23-19)

Depiro kellhom wirja posittiva kontra Luxol speċjalment mill-Amerikana Hannah Johnson li spiċċat b’41 punt. Huma kellhom lura lil Nicole Agius u Claire Ciantar però kienu nieqsa Nicole Hili u Shanise Farrugia. Luxol irkupraw lil Sarah Pace u Ina Baena għalkemm din tal-aħħar ma ħaditx sehem fil-partita. Luxol fetħu l-partita bi trippla minn Beverlee Zammit u basket ta’ Monique Caruana. Depiro bdew jirrispondu u kellhom it-trippli minn Agius u l-ewwel punti minn Johnson biex ippareġjaw il-partita. Luxol kellhom trippli minn Caruana però Depiro dawwru l-iskor favur tagħhom wara baskets minn Ciantar u Johnson għal skor ta’ 18-17. Fit-tieni perjodu Depiro bdew b’ħames punti mingħajr risposta qabel ma Cristina Sollami wieġbet bi trippla għal Luxol. Wara li Depiro kabbru l-vantaġġ għal seba’ punti, Luxol irkupraw permezz ta’ Nicole Vella u Sollami. Depiro kellhom run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Denise Said Hollier u sal-mistrieħ kienu 5 minn fuq 38-33.

Wara l-intervall Depiro fetħu bi trippla oħra ta’ Agius flimkien mal-punti ta’ Johnson però r-risposta ta’ Luxol ġiet minn Sarah Pace u Zammit li kellhom trippla però kull darba li waslu viċin, Depiro kellhom lill-Amerikana Johnson tagħmel il-punti biex żammew distakk ta’ 13 –il punt fi tmiem it-taqsima 59-46. Fl-aħħar sessjoni Depiro kabbru l-vantaġġ għal 20 punt wara break ta’ 9-0 bi trippla oħra minn Agius. Luxol ppruvaw jirkupraw però Depiro kellhom run oħra ta’ 10-2 kważi kollha minn Johnson għal skor ta’ 82-59. L-aħħar punti tal-partita ġew kollha minn Luxol li naqqsu xi ftit id-distakk però Depiro ħarġu rebbieħa 82-65 u se jibdew it-tieni leg b’vantaġġ ta’ 17 –il punt.

ARMS Depiro: No. Agius, N. Borg, N. Agius 16, D. Said Hollier 5, M. Scicluna, C. Ciantar 18, C. Fenech, N. Ebejer, H. Johnson 41.

 

Luxol: S.Pace 13, B. Zammit 8, Ni. Vella 13, I. Baena, No. Vella, S. Vella 2, K. Portelli 2, A. Borg 4, J. Schembri 2, M. Caruana 16, C. Sollami 7, L. Caruana Montaldo.

Referees: Gordon Barbara, Vladimir Nikolic, Sejmir Jafilika

Luxol 71

ARMS Depiro 67

(18-12)(24-14)(7-16)(22-25)

Luxol rebħu t-tieni partita 71-67 però ma kienx biżżejjed għalijhom biex jagħddu għall-finali wara r-rebħa ta’ Depiro 82-65 fl-ewwel leg li rathom javvanzaw b’aggregate ta’ 149-136. Kien hemm waqtiet fil-partita fejn Luxol kienu viċin li jagħmlu s-sorpass tant li fit-tielet sessjoni ppareġjaw l-aggregate però l-punti kontinwi tal-Amerikana Hannah Johnson li kellha żewġ partiti stupendi serrħu ras id-Depiro. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ sitt punti 12-6 wara baskets ta’ Sharon Vella u Sarah Pace. Depiro għamlu l-iskor indaqs 12-12 bil-punti ta’ Claire Ciantar u Johnson iżda kienu Luxol li għamlu l-aħħar sitt punti tas-sessjoni għal skor ta’ 18-12. Fit-tieni perjodu, Luxol komplew b’sitt punti oħra qabel ma Johnson u u Nicole Agius wieġbu għal Depiro.  Luxol kellhom mument ieħor tajjeb hekk kif għalqu t-taqsima b’run ta’ 14-2 b’żewġ trippli ta’ Beverlee Zammit u baskets ta’ Noelene Vella biex daħlu jistrieħu 16 minn fuq 42-26 u punt ‘l bogħod bl-aggregate.

Fit-tielet sessjoni fuq l-iskor ta’ 46-29 favur Luxol, is-semi-finali kienet fuq parita ta 111  -il punt kull team. Hawn reġgħet kienet l-Amerikana ta’ Depiro li għamlet run ta’ 8 punti mingħajr risposta flimkien ma’ trippla ta’ Denise Said Hollier u waslu sa’ sitt punti ‘l bogħod. Luxol kellhom trippla oħra minn Pace għal skor ta’ 49-42. Fl-aħħar perjodu, Luxol reġgħu ppruvaw jersqu viċin wara three pointers ta’ Monique Caruana. Però kull darba bdew isibu lil Johnson li twieġeb għal Depiro għalkemm żewġ trippli ta’ Pace ħallewhom 12 minn fuq 67-55. Depiro però għalqu l-partita b’run ta’ 12-4 biex minkejja li tilfu 67-71, kienu huma li għaddew għal finali kontra Starlites.

Luxol: S. Pace 20, M. Caruana 7, Ni. Vella 6, I. Baena, No. Vella 15, S. Vella 14, K. Portelli, A. Borg 1, J. Schembri, C. Sollami 2, L. Caruana Montaldo, B. Zammit 6.

ARMS Depiro: No. Agius, N.Borg, Ni. Agius 4, C. Fenech, D. Said Hollier 5, M. Scicluna 2, C. Ciantar 12, N. Ebejer, H. Johnson 44.

Referees: Kamil Dworniczak, Ivica Simic, Sejmir Jafilika





Leave a comment